L-eżilju ta’ l-omosesswali
‘Ġo dari ma jidħolx’.....
....pont tal-Knisja baqa’ fl-ajru
It-Torċa, 17 ta’ Frar 2008
http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6673
‘Le. Le u le. Ġo dari ma jidħolx. Tistgħu tgħiduli kemm tridu, imma hawn mhux se jidħol. Ibni jiġi kemm irid, imma sieħbu le.’ Hekk kien jiddikjara Joe u hekk għadu jgħid. Martu Grace kemm il-darba qaltlu li t-tifel Gerald kien jgħidilha bil-moħbi li jixtieq iġib is-sieħeb tiegħu għall-ikel il-Œadd f’nofsinhar, biex jieklu bħala familja. Minkejja dan, il-missier baqa’ ta’ l-istess fehma. Illum Gerald (isem fittizju biex nipproteġu l-identità tiegħu f’dan il-mument delikat), qiegħed jaħseb biex anki hu jittanta l-vjaġġ lejn pajjiż barrani biex jgħix ħajtu mal-persuna li hu iħobb. Aktarx imur
L-Inġinier Patrick Attard, impjegat ta’ l-Università ta’
Gerald tkellem mat-Torċa dwar il-problemi u d-diffikultajiet kbar li jsibu koppji omosesswali minħabba li f’pajjiżna m’għandhomx id-dritt bħal diversi pajjiżi oħra Ewropej li jkun jistgħu jiżżewġu legalment.
Il-Malta Gay Rights Movement kienu ukoll iltaqgħu mal-Arċisqof u ppreżentawlu dokument. Fid-dokument li t-Torċa għandha kopja tiegħu, l-moviment kien qal li “m’aħniex nitolbu lill-knisja biex tibdel it-tagħlim tagħha jew li tibdel il-pożizzjoni tagħhom fuq żwieġ bejn persuni ta’ l-istess sess. Nistennew li l-knisja Kattolika f’Malta tkun aktar attenta fil-messaġġi li twassal biex ma toħloqx tbatijiet u sofferenzi bla bżonn fuq persuni omosesswali u l-familji tagħhom. Irridu li l-knisja f’Malta tiffoka aktar fuq il-valur essenzjali bbażati fuq l-imħabba minflok ġudizzju fuq relazzjonijiet bejn persuni ta’ l-istess sess.”
Id-diffikultajiet f’Malta minħabba li żwieġ bejn omosesswali mhux legali Gerald, li għandu sieħeb barranin, qalilna li “d-diffikultajiet f’Malta, minħabba li m’għandniex id-dritt mill-istat li niżżewġu legalment huma kbar ħafna. Prattikament kull dritt li għandha familja tradizzjonali bil-liġi, għalina ma japplikax. Jien għamilt ir-riċerka tiegħi biex
Djar u immigrazzjoni
‘Fejn jidħol il-qasam tad-djar, skemi miftuħa għall-persuni miżżewġin, jew inċentivi għalihom, għalina ma jgħoddux. Nistgħu napplikaw għal ċertu skemi, imma hemm ħafna każi fejn diversi allegaw li twarrbu sempliċiment għax huma omosesswali. Fuq l-immigrazzjoni, hawn sitwazzjoni kerha ħafna. Is-sieħeb ta’ persuna omosesswali ma jitħalliex jingħaqad mas-sieħeb tiegħu u ma jitħalliex jgħix f’Malta sempliċiment għax għandu sieħeb Malti. Dan meta fil-każ ta’ koppji tradizzjonali, dawn għandhom id-dritt li dak li jkun ġej
Assigurazzjoni u trobbija tat-tfal
‘Nidħol issa fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni. Koppji omosesswali f’Malta, ma jistax ikollhom assigurazzjoni konġunta fuq id-dar jew fuq il-karozza. Fuq il-postijiet tax-xogħol, is-sidien ġieli jispiċċaw jagħmlu assigurazzjoni lill-ħaddiem u l-familja tiegħu kollha f’każ ta’ familja tradizzjonali. Fil-każ ta’ koppji omosesswali din ma jagħmluhiliex u jgħidilna li aħna m’aħniex rikonoxxuti quddiem il-liġi. Fuq it-trobbija tat-tfal, f’Malta hawn anomaliji kbar. Imċaħħdin mid-dritt li nrabbu t-tfal, li nagħmlu adozzjoni jew li nkunu nvoluti f’foster care. Nista’ ngħidlek bla tlaqlieq li lanqas biss ikunu jridu jisimgħuk jekk tgħidilhom li inti koppja ‘gay’ u lesta li tagħmel ‘foster care’”.
Taxxi
Gerald ikompli jgħidilna li Fuq is-settur tat-taxxi nista’ ngħid li “l-fatt li m’għandniex dritt legali li niżżewġu, aħna nispiċċaw ma ngawdux
‘Din għalina mhi xejn għajr diskriminazzjoni. Għaliex aħna f’dan il-pajjiż illum membru ta’ l-Unjoni Ewropea, se nibqgħu niġu klassiikati qisna xi nies ta’ stmerrija. Li qisu m’għandniex dritt li ngawdu mill-benefiċċji ta’ ħaddiehor. Dan meta aħna bħall-ħaddiema kollha qegħdin nikkontribwixxu bix-xogħol tagħna biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem. Per eżempju ħafna mill-offerti tal-weekend breaks li jsiru ma jgħoddux għalina. Riċentament morna f’lukanda ewlenija, biex nieħdu offerta u ġejna rifjutati. Qalulna din tgħodd għall-familji miżżewġin legalment”.
No comments:
Post a Comment