Wednesday, 27 June 2012

Malta Right Now: Preżentat l-ewwel qari tal-abbozz ta' liġi dwar il-Koabitazzjoni

http://www.maltarightnow.com/?module=news&t=a&aid=99838405&cid=58
27 ta' Ġunju, 2012 12:43 CET

Il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said ressaq quddiem il-Parlament mozzjoni dwar il-koabitazzjoni.

Il-mozzjoni, li ppreżenta l-Ministru responsabbli mill-familja, tipproponi l-ewwel qari tal-abbozz ta' liġi imsejjaħ Att li jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-Koabitazzjoni. Din il-mozzjoni ġiet ippreżentata lill-iskrivan tal-Kamra t-Tlieta filgħaxija.

Fost affarijiet oħrajn, din il-liġi mistennija jkollha provvedimenti biex koppji mhux miżżewġin, li jgħixu flimkien, jingħataw l-istess drittijiet ċivili li jkollhom il-miżżewġin.

Barra minn hekk, bir-reġistrazzjoni ta’ civil partnership, ikunu magħrufa dawk il-persuni li quddiem l-Istat jidhru li qegħdin f’koabitazzjoni

Kien fl-1998 li l-Partit Nazzjonalista wiegħed fil-Programm Elettorali tiegħu li jdaħħal liġi dwar il-koabitazzjoni. Imbagħad f’Marzu ta’ sentejn ilu, il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti għamel pubbliku għadd ta’ proposti li kien irċieva mingħand in-nies dwar liġi fuq il-koabitazzjoni, wara li kien nieda konsultazzjoni pubblika.

No comments:

Post a Comment