Żewġ żgħażagħ immultati €500 talli ħebbew għal żewġ tfajliet fil-Ħamrun
http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=9160412.6.12
Żewġ żgħażagħ li f’Jannar li għadda kienu ħebbew għal żewġ tfajliet fil-Ħamrun, kie nu mmultati €500 kull wie ħed. Madankollu l-Qorti sos tniet li ma kien hemm l-ebda evidenza li dan kien reat ta’ mibegħda. Il-Qorti qalet ukoll li lanqas ma kien hemm prova li t-tfajliet kienu koppja leżbjana.
Min-naħa tagħhom, iż-żewġ tfajliet li għandhom 17-il sena u 16-il sena rispettivament ġew illiberati minn akku ża li offen dew liż-żgħa żagħ subien u anke li kkaġunaw feriti fuq wie ħed minn hom.
Minn barra ż-żewġ tfajliet u ż-żewġ ġuvintur, f’dan il-każ kien hemm involuta Mary Aquilina ta’ 35 sena, li ġiet im multata s-somma ta’ €50 wara li nstabet ħatja ta’ theddid bil-kliem fuq waħda mit-tfajliet.
Il-Qorti ppreseduta mill-Ma ġistrat Joseph Apap Bologna, qalet li tinstab mistgħaġba minħabba l-fatt li dan il-każ ġie rrapportat fil-mezzi tax-xandir bħala reat ta’ mibegħda minħabba l-orjentazzjoni sesswali tat-tfajliet.
Il-Qorti qalet li minn imkien ma rriżulta li dawn iż-żewġ tfajliet, huma leżbjani. Il-Qorti qalet li dan il-każ seħħ minħabba l-imġiba taż-żgħażagħ li għandhom 17 u 16-il sena rispettivament.
Il-ġlieda kienet seħħet nhar it-13 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta tas-7.30 p.m, meta t-tfajliet kienu fil-kumpa nija ta’ xulxin jiżfnu f’gaze bo.
F’ħin minnhom, żewġ ġu vin tur bdew jirredikolawhom. Fil-battibekk daħlet Mary Aqui lina.
Sussegwentement in qal għet ġlieda fejn waħda mit-tfaj liet sofriet ġrieħi f’wiċċ ha u kellha nefħa f’waħda mill-ħaddejn u oħra ħdejn im neħirha.
X’ħin ġiet biex tiddeċiedi l-Qorti kkonsidrat diversi fattu ri, fosthom li wieħed miż-żgħażagħ subien qal li ma jiddejjaqx li hu jsawwat tfajla, u li t-tfajliet involuti fil-każ kie nu għall-affari tagħhom u ma pprovokaw lil ħadd. Il-Qorti kkonsidrat ukoll l-età taż-żewġ żgħażagħ subien u qalet li pe ress li għadhom żgħar dan żgur mhuwiex każ ta’ pie na karċerarja.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mis-Supretendent Charles Magri, filwaqt li l-Avu kati Cedric Mifsud deher għaż-żewġ tfajliet.
L-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha dehru għall-ġuvintur u l-mara.
No comments:
Post a Comment