Tuesday, 19 June 2012

L-Orizzont: Jiddaħħlu iżjed reati fil-Kodiċi Kriminali

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=91663
13.6.12

Matul il-laqgħa tal-Kumitat Per manenti għall-Kunsiderazzjo ni ta’ Abbozzi ta’ Liġi, intlaħaq qbil unanimu bejn il-membri, li jiġi emendat l-abbozz dwar l-Att tal-2012 tal-Kodiċi Kriminali.
Il-Kumitat kien ifformat mill-Ministru Chris Said, mid-Deputa ti Laburisti Evarist Bartolo, Michael Falzon u Josè Herrera, u minn Beppe Fenech Adami u Karl Gouder.
L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz hu ma biex jemenda l-Kodiċi Kriminali biex jiġu introdotti reati fir-rigward ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali u razza, fost oħrajn, kif ukoll biex jiżdiedu l-pieni fir-rigward tagħ hom u biex jemenda wkoll l-Att dwar l-Istampa.

Permezz ta’ dawn l-emendi, fis-subartiklu 1 tal-Artiklu 82(A), kif ukoll f’artikli oħrajn fejn huwa użat l-istess kliem, minflok il-kliem “jew mibegħda razzjali”, issa ddaħħlu l-kliem “jew mibegħda kontra xi persuna oħra jew grupp ta’ persuni fuq bażi ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra.

No comments:

Post a Comment