Monday, 12 July 2010

It-Torċa: Ġimgħa ta’ attivitajiet mill-MGRM għall-Pride Week 2010... Drittijiet Issa!

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9880
11.7.10 minn Sammy Sammut

GĦAS-SEBA’ sena konsekuttiva, il-Malta Gay Rights Movement se jkun qed jingħaqad mal-bqija tal-komunità LGBT imxerrda madwar l-erbat’irjieħ tad-dinja biex waqt li ssellem u tagħti ġieħ lil dawk li tul dawn l-aħħar snin ħadmu u ssograw ħajjithom fil-ġlieda kontra kull xorta ta’ diskriminazzjoni u omofobija, ittenni għal darba oħra s-sejħa tagħha għal drittijiet ċivili ndaqs għal persuni gay, leżbjani, bisesswali u transesswali.

Huwa għalhekk li t-tema magħżula għall-Pride Week ta’ din is-sena, li ser issir bejn għada t-Tnejn u s-Sibt, 17 ta’ Lulju, hija “Rights Now! – Drittijiet Issa!”. Il-manifestazzjoni Pride hija waħda simbolika u ssir f’ħafna bliet madwar id-dinja bil-ħsieb li s-soċjetà ssir aktar konxja mill-preżenza fi ħdanha ta’ persuni LGBT u s-sehem i dawn jagħtu għall-ġid tal-istess soċjetà.

Għax waqt li huwa minnu nnifsu fatt pożittiv dak li l-attivitajiet ppjanati jistgħu jsiru b’mod paċifiku f’pajjiżna, dan assolutament ma jfissirx

li s-soċjetà tagħna warrbet l-omofobija u t-transfobija, jew li l-iffittar u d-diskriminaz-zjoni m’għadhomx aktar problema fil-ħajja ta’ kuljum tal-komunità leżbjana, gay, bisesswali jew dik transes-swali.

L-għażla tat-tema “Rights Now! - Drittijiet Issa!” għand-ha sservi bħala sejħa oħra għad-dħul tal-liġijiet li jagħtu drittijiet ugwali lil persuni LGBT iżda wkoll li jassiguraw li dawn ikunu mħarsin kif suppost. Hija wkoll sejħa speċjali lill-politikanti biex jagħrfu li wasal iż-żmien li mid-diskorsi ta’ appoġġ għall-ugwaljanza u l-aċċettazzjoni ta’ persuni LGBT, jgħaddu biex bil-fatti jieħdu azzjonijiet li bihom jagħmlu d-differenza għall-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-persuni u l-familji tagħhom.

Festival ta’ Films

Il-programm tal-attivitajiet soċjo-kulturali li se jkunu organizzati matul din il-ġim-għa ta’ ċelebrazzjonijiet mill-MGRM, jibda b’Festival ta’ Films LGBT u li għal darba oħra se joffri tliet films li ħadd m’għandu jitlef. Dawn huma films mill-isbaħ, b’kull wieħed minnhom jirrakkonta storja li tqanqal ta’ persuni tad-demm u l-laħam bħali u bħalek iżda li s-soċjetà li jagħmlu parti minnha tħares lejhom minn lenti differenti.

L-ewwel wieħed li se jin-twera għada t-Tnejn, 12 ta’ Lulju, huwa l-film Arġentin “XXY”, miktub u dirett minn Lucìa Puenzo. Dan il-film, bl-atturi prinċipali Ricardo Darin, Valeria Bertuccelli, Inès Efron u Martìn Pìroyansky, jirrakkonta l-istorja ta’ persuna intersesswali ta’ 15-il sena, u l-mod kif il-familja tagħha tittratta l-kundizzjoni fiżika tagħha u d-deċiżjoni li hi finalment ikollha tieħu hekk kif tesplora s-sesswalità tagħha.

“XXY” kien intlaqa’ tajjeb ħafna mill-kritiċi tant li rebaħ il-premju tal-kritiċi tal-films waqt il-Festival ta’ Cannes fl-2007, kif ukoll l-ACID/CCAS Support Award. Kien ukoll innominat għal tmien premjijiet tal-Film Critics Association Awards tal-Ar-ġentina fl-2008, fejn rebaħ tlieta minnhom, inkluż dak għall-aqwa film, apparti li kien ukoll innominat u rebaħ għadd ta’ premjijiet oħrajn f’festivals tal-films barranin. Kien ukoll magħżul biex jagħlaq il-Mel-bourne Queer Film Festival tal-2008.

Nhr it-Tlieta, 13 ta’ Lulju jintwera l-film storiku/drammatiku “The World Unseen” maħdum fis-sena 2008 b’direzzjoni ta’ Shamim Sarif fuq storja adattata mir-rumanz tagħha li jġib l-istess isem. Dan il-film huwa ambjentat fis-snin ħamsin f’Cape Town, l-Afrika t’Isfel, matul is-snin tal-bidu tal-apartheid. Il-partijiet ewlenin huma maħdumin minn Lisa Ray u Sheetal Sheth bħala żewġ nisa Indjani fl-Afrika t’Isfel li jsiru jħobbu lil xulxin f’soċjetà razzista, sessista u omofobika.

Deskritt bħala wieħed mill-aħjar films tal-ġeneru tiegħu li nħadmu fl-2008, “The World Unseen” li nħadem bl-għajnuna tan-National Film and Video Foundation tal-Afrika t’Isfel kien rebaħ mhux inqas minn ħdax-il premju tas-South African Film and Television Awards (SAFTA) kif ukoll premjijiet oħrajn f’festivals oħrajn tal-films. Interessanti l-fatt li ż-żewġ atturi protagonisti kienu ħadmu film ieħor ta’ Shamim Sarif - “I Can’t think Straight” - li wkoll kien intwera fil-Festival tal-Films LGBT li sar f’Malta s-sena l-oħra.

It-tielet u forsi l-aktar film li għandu jqanqal interess minħabba li jlaqqgħana ma’ personaġġi li nafuhom sew huwa “Little Ashes” li se jintwera nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju. Dan il-film, b’kitba ta’ Philippa Goslett u dirett fl-2009 minn Paul Morrison, jeħodna fi Spanja fis-snin għoxrin u tletin tas-seklu l-ieħor. Hawnhekk niltaqgħu ma’ tliet żgħażagħ mill-aktar kreattivi li jsiru jafu lil xulxin fl-Università ta’ Madrid u li flimkien jimxu fit-triq li tibdlilhom ħajjithom.

L-istorja tirrakkonta kif Luis Bunuel (parti maħduma minn Matthew McNulty) li jkun qed jaspira li jsir produttur tal-films, ikollu jintefa’ fil-ġenb bla ma jista’ jagħmel xejn hekk kif il-ħbiberija speċjali bejn il-pittur magħruf Salvador Dalì (Robert Pattinson) u l-poeta Federico Garcìa Lorca (Javier Beltran) tiżviluppa f’waħda mil-aktar intima sakemm...

Dawn il-films kollha se jin-twerew fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu u jibdew fid-9.00 pm. Il-biljetti jistgħu jinxtraw singli għal kull film bil-prezz ta’ €5 minn dawk li mhumiex membri tal-MGRM u €3 mill-membri; jew fi blokk ta’ tlieta għall-prezz ta’ €12 u €7 rispettivament.

“Women Space”

• Attività oħra mistennija u li se terġa’ tkun organizzata hija dik magħrufa bħala “Wo-

men Space”, nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Lulju, mit-8.00 pm ’il qud-diem fil-post tal-Fondazzjoni Gaia, f’Għajn Tuffieħa. F’din l-attività organizzata mill-MGRM esklussivament għan-

nisa hija waħda li twaħħad flimkien l-arti u l-mużika bil-parteċipazzjoni ta’ persona-litajiet femminili, fosthom il-kantanta Ira Losco.

Il-biljetti għal dan il-festival mużikali qegħdin jinbiegħu bil-prezz ta’ €7 li jinkludi wkoll “finger licking food”.

“Pride March”

• L-attivitajiet ippjanati għall-Pride Week 2010 jilħqu l-qofol tagħhom bl-LGBT Pride March li l-Malta Gay Rights Movement se jorganizza nhar is-Sibt, 17 ta’ Lulju u tibda fl-10.30 am minn Bieb il-Belt. Għaliha mistiedna jattendu dawk kollha li huma ta’ rieda tajba u rappreżentanti ta’ par-titi politiċi kif ukoll tas-soċjetà ċivili.

Waħda mill-akbar attrazzjo-nijiet ta’ din is-sena se tkun il-parteċipazzjoni tal-kantant magħruf Amerikan Michael Ashanti li, apparti li f’din l-okkażjoni se jinterpreta wħud mill-aqwa kanzunetti li kisbulu suċċess kbir fil-karriera tiegħu, dakinhar fl-10.30 pm, se jagħti wkoll show live f’wieħed mill-istabbilimenti magħrufin f’Paceville. Kantanti oħrajn mistiedna huma Chiara u Muxu.

No comments:

Post a Comment