12.9.9 minn Victor Vella
Il-kommunità tal-‘gays’ f’Malta se tkun qiegħda ssegwi b’attenzjoni partikolari lid-Deputati Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, fil-vot li se jittieħed nhar il-Ħamis fil-Parlament Ewropew dwar liġi fil-Litwanja li tiddiskrimina kontra l-komunità ‘gay’.
Din l-attenzjoni qiegħda tingħata wara li fil-passat, kien hemm drabi meta l-Ewro Parlamentari Nazzjonalisti David Casa u Simon Busuttil astjenew jew ivvutaw kontra kwistjonijiet li jolqtu l-‘gays’.
Riżoluzzjoni li tpoġġiet quddiem il-Parlament Ewropew u li se tkun diskussa nhar l-Erbgħa li ġejjin bil-vot ikun il-Ħamis, tgħid li fl-14 ta’ Lulju ta’ din is-sena, il-Parlament tal-Litwanja approva emendi fil-liġi għall-protezzjoni tal-minuri.
L-emendi jgħidu li jista’ jkun hemm effett negattiv fuq l-iżvilupp tal-minuri b’informazzjoni fil-pubbliku fuq ir-relazzjonijiet bejn persuni omosesswali.
F’dawn l-emendi l-informazzjoni fuq l-omosesswalità titpoġġa f’istess livell mal-vjolenza fiżika u mas-suwiċidju. Minn dawn l-emendi joħroġ li għandha titwaqqaf kull informazzjoni fuq l-omosesswalità, jekk din tista’ tispiċċa għand persuni minuri.”
Il-President tal-Litwanja tefa’ l-veto tiegħu fuq din il-liġi, iżda l-Parlament adotta l-liġi xorta waħda. Membri Parlamentari Ewropej qegħdin jistaqsu jekk il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri ddiskutewx din il-kwistjoni u jekk din il-liġi u l-emendi jiksrux il-libertajiet fundamentali Ewropej u l-politika kontra d-diskriminazzjoni.
Huma talbu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Ministri biex jitlob lill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali biex tistħarreġ din il-liġi u l-emendi li saru, u tieħu miżuri fosthom sanzjonijiet jekk hemm bżonn, biex jiżguraw li l-Litwanja tirrispetta l-obbligazzjonijiet tagħha li joħorġu mit-Trattati Ewropej, mil-Liġi Ewropea u mil-Liġi Internazzjonali.
L-Amnesty International, qiegħda ukoll tikkritika bl-aħrax din il-leġislazzjoni, li ma tippermettix li l-‘issue’ tal-omosesswalità titqajjem fl-iskejjel tal-Litwanja.
Peress li din il-liġi għaddiet mill-Gvern Demokristan, li fl-istess grupp tagħhom fil-Parlament Ewropew hemm affiljat il-Partit Nazzjonalista, mhux magħruf x’se jkun il-vot ta’ l-Ewro Parlamentari Simon Busuttil u David Casa fuq il-mozzjoni li se tkun diskussa fil-Parlament.
Ta’ min jgħid li riċentament il-kommunità ‘gay’ f’Malta esprimiet sodisfazzjon hekk kif wara pressjoni li ilha tagħmel għal diversi ġimgħat, fl-aħħar il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista, David Casa aċċetta li jiffirma l-impenn ta’ ILGA Europe – l-għaqda li tirrappreżenta l-‘gays’.
Dan l-impenn hu dwar id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali u reliġjon.
Malta hu l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea, fejn l-Ewro Parlamentari kollha iffirmaw l-impenn ta’ ILGA Europe.
F’Mejju tas-sena li għaddiet meta ttieħed il-vot fil-Parlament Ewropew, David Casa kien astjena, u issa bil-pressjoni tal-moviment ‘gay’ iffirma l-impenn kontra d-diskriminazzjoni.
Fi kliem persuni ‘gay’, David Casa issa qiegħed fuq l-istess dgħajsa, għall-inqas fuq il-karta.
Irid jingħad li ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali waqt laqgħa li l-‘Malta Gay Rights Movement’ (MGRM) kellha mal-Partit Nazzjonalista, l-eks Ministru Louis Galea u eks s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Joe Saliba stqarrew li fil-prinċipju huma favur leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-provvista ta’ prodotti u servizzi u qalu li huma lesti li jappoġġjaw direttiva ta’ l-UE f’dan ir-rigward.
Iżda ftit inqas minn tliet xhur wara, Simon Busuttil innifsu, flimkien ma’ l-MEP l-ieħor tal-PN David Casa insew x’kienu wegħdu u minflok appoġġjaw din id-direttiva, “farfru” ir-responsabbiltà minn fuq spallejhom u astjenew fil-vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew nhar l-20 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet.
Minkejja li astjenew xorta waħda l-Parlament Ewropew adotta r-rapport imħejji fi ħdan il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea żżomm “l-impenn tagħha li tressaq direttiva komprensiva li tkopri d-diżabilità, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin u l-orjentazzjoni sesswali.”
Ir-rapport kien adottat b’362 vot favur, 262 kontra u 56 astensjoni u fost dawk li astjenew kien hemm Simon Busuttil u David Casa.
L-MGRM, b’reazzjoni għal dan, kienet qalet li hi tinsab diżappuntata bil-mod ta’ kif qegħdin jivvutaw il-Membri Parlamentari Ewropew Nazzjonalisti, li konsistentament qegħdin juru nuqqas ta’ rabta biex jintlaħaq l-għan ta’ ugwaljanza bejn iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.

No comments:
Post a Comment