Xi darba jew ohra kulhadd iltaqa’ ma’ xi reklam bil-kliem “ilkoll differenti, lkoll indaqs”, jew qara xi billboard biex ma niddiskriminawx. Filwaqt li madwar l-Ewropa, l-aktar tip ta’ diskriminazzjoni komuni huwa dak marbut ma’ l-origini etnika, f’pajjizna d-diskriminazzjoni abbazi ta’ sess tiddomina x-xena.
L-esperta fil-qasam tad-diversita’, l-avukat Dr Roberta Lepre tghid lil Randolph De Battista li l-Maltin mhumiex koerenti fl-attitudni taghhom lejn id-diversità ghax filwaqt li nirrikonoxxu drittijiet ghal certi gruppi, m’ahniex tolleranti lejn gruppi ohrajn ta’ persuni. Matul l-intervista, titkellem ukoll dwar il-kwistjoni ta’ l-immigranti rregolari u l-impjiegi, filwaqt li tishaq favur il-bzonn li koppji omosesswali jinghataw drittijiet civili bhal haddiehor.
“Id-diversità hija d-differenzi kollha bejn il-persuni, jigifieri mhux dawk id-differenzi msemmijin fil-ligi biss. Hemm hafna iktar forom ta’ differenzi bejn persuna u ohra li mhux necessarjament huma legislati u mhux necessarjament jaghtu lok ghal diskriminazzjoni.
“Però barra d-differenzi, hemm ukoll similaritajiet bejn il-persuni. Zewg persuni jistghu ikunu differenti hafna f’certi aspetti izda mbaghad isibu certi affarijiet li jghaqqduhom flimkien. Dak huwa l-kuncett tad-diversità fejn thares lejn id-differenzi bhala opportunità u mhux bhala problema, fl-istess hin li taghraf li hemm certi affarijiet li huma simili.”
Staqsejtha kif dan il-kliem sabih jista’ fil-verità jimmaterjalizza u allura x’inhuma l-beneficcji li niehdu mid-diversità.
“Hemm hafna beneficcji u dan anke johrog minn studji li saru fuq livell Ewropew. Bazikament meta qed titkellem fuq id-diversità qed tifrex anke l-aspett ta’ innovazzjoni ghax persuni differenti se jgibulek anke ideat differenti fuq il-post tax-xoghol. Anke f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ relazzjoni mal-klijenti. Jekk niehdu haddiem ta’ razza partikolari, awtomatikament ser jigbed lejh klijentela ta’ dik ir-razza. Ghalhekk iktar ma jkollok firxa wiesgha ta’ aspetti differenti fuq il-post tax-xoghol, dejjem qed izzid l-opportunità li timxi ‘l quddiem.”
Kulhadd ippregudikat
La semmiet ir-razza ma stajtx ma nsaqsihiex dwar l-isfidi marbuta ma’ l-immigrazzjoni irregolari. Hawnhekk tghid li rridu nibdew billi nammettu li kulhadd ikollu l-pregudizzji tieghu.
“Jiena nahseb li ghalkemm forsi ftit nies jiehdu pjacir jammettu, lkoll ghandna l-pregudizzji taghna. Però biex teghleb id-diskriminazzjoni l-ewwel nett trid taghraf li inti ghandek dak il-pregudizzju.
“Imbaghad la darba tkun gharaft, ghandek tieqaf u tistaqsi ghalfejn jiena qieghed nippregudika lill-persuna? U minn hemm tibda tipprova tara l-persuna fuq il-bazi tal-mertu taghha aktar milli mill-pregudizzju li jkun gie mill-familja, mill-kultura jew anke mill-midja. Kwazi impossibbli li tghix f’socjetà minghajr pregudizzju imma importanti li wiehed jieqaf u jirrealizza li dan jezisti.”
Dwar l-impjiegi b’pagi mzeri li jinghataw l-immigranti hija emfasizzat li dawn ghandhom jigu regolati filwaqt li sahqet li hafna drabi dawn ikunu qeghdin jimlew bzonn tal-Maltin.
“Jiena naghraf li l-isfruttament jezisti. Però mhux necessarjament kull min ikun qieghed jistenna l-Marsa biex jahdem, se jahdem b’mod illegali jew se jigi sfruttat. Jien nemmen fis-suq hieles u allura nhoss li la darba dawn l-affarijiet qeghdin isiru, hemm talba u hemm il-provvista tas-servizzi mitluba fis-suq.”
“Issa hemm min jghid li dak ix-xoghol jistghu jaghmluh il-Maltin. Però fil-verità bil-hlas li jinghata, anke bir-rata legali, hafna Maltin ma jixtiequx jaghmlu dak it-tip ta’ xoghol allura fil-verità dawn il-persuni qeghdin jimlew bzonn li ghandna ahna bhala Maltin, ta’ xoghol li jrid isir u xi hadd irid jaghmlu. Huwa important ghalhekk li kollox jigi regolat.”
“Hemm imbaghad l-aspett l-iehor ukoll. La darba l-persuna qieghda hawn, issa ftit hemm x’wiehed jaghmel, jaqbel jew ma jaqbilx. Allura issa li qeghdin hawn x’jaqblilna naghmlu? Nintegrawhom biex huma jkunu jistghu itejbu lilhom infushom u mbaghad fl-ahhar jaghtu kontribut lis-socjetà jew inkomplu nifrustrawhom biex xi darba dawn jirvellaw kontrina? Ghax wara kollox din hija n-natura umana, ghalxejn toqghod tmur kontriha.”
Rigward l-istudju li 64% tal-Afrikani f’pajjizna jsostnu li gew diskriminati hija ssostni li wiehed irid izomm f’mohhu li jista’ jaghti l-kaz li dawn il-persuni huma iktar mgharrfin bid-drittijiet taghhom, filwaqt li persuni u gruppi ohrajn, m’ghandhomx l-istess servizzi.
Óaddiem bhala rizorsa
Tul id-diskursata, ssemmi kemm-il darba l-importanza li fuq il-post tax-xoghol, min ihaddem jinvesti fil-haddiema tieghu u biex jeghleb l-isfidi tad-diversità.
“Illum anke sempliciment kompjuter. Ma tixtrihx u jibqa’ jahdem l-istess ghal dejjem, imma trid tiehu hsiebu u tinvesti fih. Allura nhoss li ghandna tendenza li l-kompjuter inkunu lesti ninvestu fih imma meta nigu ghall-haddiema noqghodu pass lura.
“Fuq il-post tax-xoghol il-persuni huma rizorsa wkoll. Jekk min ihaddem jinvesti f’din ir-rizorsa u jaghtiha li ghandha bzonn, se jkun qieghed jiehu xi haga lura ghax il-haddiema se jhossuhom li l-post tax-xoghol jaghtihom valur u allura jkunu lesti jipproducu iktar.”
Izda b’mod konkret x’jista’ jaghmel min ihaddem? “Min ihaddem jista’ jew sempliciment jara x’titlob il-ligi u jieqaf hemmhekk. Però organizzazzjoni tista’ wkoll tara x’tip ta’ nies ghandha u tara kif tista’ tinvesti fihom individwalment. Imbaghad tkun tista’ tohloq il-mizuri li jkunu mehtiega skont il-haddiema u skont il-post tax-xoghol. Forsi tista’ tinstema xi ftit kumplikata, izda fil-verità mhix.”
Hawnhekk xtaqtha telabora iktar u semmietli x-xoghol li taghmel il-kumpanija li tmexxi hi, Weave Consulting. “L-ghan taghna huwa li nassistu l-kumpaniji fl-isfidi li ghandhom x’jaqsmu mad-diversità. L-ambitu legali digà jezisti u l-kuncetti qeghdin dejjem iktar nisimghu bihom, allura ahna rridu nahdmu ma’ kumpaniji, individwi, NGOs jew dipartimenti biex nghinuhom jaghrfu fejn jistghu forsi jtejbu s-sitwazzjoni taghhom fil-qasam tad-diversità u mbaghad noholqu mizuri li permezz taghhom inkunu nistghu niksbu iktar ugwaljanza kemm fuq il-post tax-xoghol u kemm fis-socjetà b’mod wiesgha.
“Bejn il-5 u d-9 t’Ottubru ser ikollna kors dwar id-diversità u nheggeg lil kull min jista’ sabiex jattendi. Mhux biss persuni li jimpjegaw, imma anke persuni li jmexxu l-iskejjel, min jahdem fis-settur pubbliku u jista’ jinfluwenza certi inizjattivi u anke persuni mill-midja ghaliex il-midja tilghab rwol importanti hafna f’dan is-suggett delikat.”
Drittijiet civili
Apparti d-diskriminazzjoni fuq bazi tar-razza ssemmi tipi ohrajn li wkoll huma regolati bil-ligi bhall-età, il-gendru, t-twemmin, id-dizabilità, li hija l-aktar bazi li ilha tezisti fil-kuncett legali taghna u l-orjentazzjoni sesswali. Dwar din ta’ l-ahhar tistqarr li sfortunatament ghadha qieghda tintlaqa’ b’daqsxejn ta’ rezistenza. Hawnhekk titkellem b’mod car dwar drittijiet civili ghal koppji omosesswali.
“Jiena nhoss li la darba persuni eterosesswali permezz taz-zwieg jinghataw certi drittijiet bhas-successjoni, housing u drittijiet marbuta mat-taxxa, assolutament ma nsibx problema li l-istess drittijiet jinghataw lil persuni omosesswali. Dawn billi jinghataw l-istess drittijiet lilhom m’huma ser jiehdu xejn minn tieghi. Nahseb li ghandna nharsu lejn din l-issue ta’ civil partnerships b’dan il-mod.
Dwar ir-religjon u d-diskussjoni fuq livell Ewropew dwar is-simboli marbuta mat-twemmin, hija tghid li filwaqt li ghandna nharsu lejn it-twemmin li jipprevali fil-pajjiz partikolari, wiehed ghandu jhalli l-wisa’ ghal twemmin differenti. “Jiena nahseb li persuna la darba giet f’Malta u allura f’pajjiz fejn jipprevali twemmin partikolari, ghandha taccetta dak it-twemmin, li huwa wkoll parti mill-kultura. Però wasal iz-zmien li nibdew naghmlu spazju wkoll ghal twemmin iehor. Illum anke fost il-Maltin stess hawn persuni li mhux necessarjament ihaddnu t-twemmin Kattoliku. Nemmen li iva rridu nirrispettaw it-twemmin tallum, izda nhallu wkoll spazju ghal twemmin iehor.
“Li nissuggerixxi kieku jiena li n-nies minflok ma jfittxu d-differenzi bejn it-twemmin, naghrfu dawk li huma l-valuri li f’hafna mir-religjonijiet huma l-istess.”
Kultura diskriminatorja
Skont stastistika mill-Eurobarometer, l-aktar diskriminazzjoni komuni fl-Ewropa hija dik mill-origini etnika. Izda mill-esperjenza taghha, Dr Lepre tghid li f’Malta l-istampa hija totalment differenti, bid-diskriminazzjoni abbazi tal-gendru tkun fuq quddiem.
“F’Malta jien inhoss li l-ikbar forma ta’ diskriminazzjoni hija abbazi ta’ sess ghaliex ghandek firxa wiesgha hafna tal-popolazzjoni. Meta nitkellmu fuq drittijiet ta’ persuni b’dizabilità qeghdin nitkellmu fuq minoranza. Fil-bazi ta’ sess mhix minorità li qeghda tigi diskriminata.
“Però l-bicca l-kbira tal-persuni li qeghdin jigu diskriminati minhabba s-sess ma jaghrfux li huma qeghdin jigu diskriminati. Anzi pjuttost hafna drabi titqies bhala xi haga ta’ kultura u niehduha ovvja li n-nisa jigu trattati b’mod differenti.
“Meta qed nitkellmu fuq il-bazi tal-gendru, din tinkorpora wkoll il-maternità u r-responsabbiltajiet tal-familja. Jigifieri meta nitkellmu fuq diskriminazzjoni abbazi ta’ sess, hafna nies jahsbu fin-nisa imma anke l-irgiel jistghu jaqghu taht il-protezzjoni tal-ligi. Il-ligi ma taghtix beneficcji lin-nisa imma trid li kemm nisa u anke rgiel jinghataw l-opportunità li jipprogressaw fuq il-post tax-xoghol kemm jekk huma mizzewgin u anke jekk ghandhom it-tfal u l-familja.”
Izda x’qieghed izommna lura mir-rizultati? “Jiena jiddispjacini nghid li hafna drabi n-nisa huma l-ghedewwa taghhom infushom. Nara li hafna drabi huma stess jaraw il-possibilitajiet taghhom b’mod limitat. Ma rridx niggeneralizza imma rridu b’xi mod nispjegaw ghalfejn ghandna dawn ir-rati baxxi. Jien inhoss li n-nisa stess joqoghdu lura milli jaghmlu dak il-pass. Joqoghdu lura milli jergghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol ghaliex m’hemmx min jiehu hsieb lit-tfal. Huwa veru li t-tfal huma important imma jiena nemmen li dejjem hemm soluzzjoni.
“Jiddependi wkoll izda, kemm ahna norganizzaw ruhna kemm fil-postijiet tax-xoghol u anke fl-ambitu tal-politika. Óafna drabi l-politici jiltaqghu filghaxija, meta f’dak il-hin persuna li ghandha familja ghandha l-obbligi taghha x’taqdi mal-familja. Jigifieri nahseb li ghandna nahsbu ftit kif ghandna nirriorganizzaw ruhna bhala pajjiz.”
Staqsejtha kemm tara li huma bzonnjuzi c-childcare centres, izda tghid li ghandna nharsu iktar lil hinn.
“Childcare centres huma bzonnjuzi hafna, imma l-ETC kienet ghamlet ricerka u minnha hareg li l-iktar haga li n-nisa xtaqu biex ikunu jistghu imorru lura ghax-xoghol hija l-flessibilità aktar milli dawn ic-centri.
“Ezempju ta’ din il-flessibilità huwa li t-tmien sieghat xoghol mhux necessarjament jibdew mid-disgha sal-hamsa, biex jippermettu lill-mara tmur ghat-tfal l-iskola. Kuncetti ohrajn li dehlin bil-mod f’pajjizna huma t-teleworking jew job sharing li kollha jippermettu li persuna xorta taghmel ix-xoghol taghha minghajr ma tirrikjedi li tkun b’mod rigidu fuq il-post tax-xoghol f’dawk is-sieghat.”
Bhala eks membru tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika staqsejtha dwar din il-problema. Filwaqt li tirrikonoxxi li llum hawn aktar gharfien, tishaq li ghandna nrawwmu lit-tfal taghna f’ambjent ta’ ugwaljanza. “Il-kazijiet ta’ vjolenza domestika mhux qeghdin jizdiedu imma qeghdin johorgu izjed fil-berah anke minhabba li zdiedet l-informazzjoni dwar is-suggett. Sfortunatament il-vjolenza domestika hija rizultat tal-izbilanc fil-poter bejn in-nisa u l-irgiel fis-socjetà. Kull min studja fuq il-vjolenza domestika jaf li din iddur madwar il-poter; li persuna tkun tista’ tasserixxi l-poter taghha fuq persuna ohra kemm b’mod fiziku, materjali u emozzjonali.”
“Irridu nghidu li qieghed isir hafna imma hemm bzonn li l-poplu stess jaghraf kemm hija serja u kerha din il-problema. Hemm bzonn li fil-familji stess nibdew inrawwmu valur ta’ ugwaljanza bejn is-subien u l-bniet. Per ezempju x-xoghol tad-dar mhux necessarjament jaghmluh il-bniet imma jinqasam ghax kulhadd huwa responsabbli u ghandu jikkontribwixxi. Ghalhekk irridu nibdew mill-familji, l-iskejjel u anke l-postijiet tax-xoghol.”
Ma stajtx ma niehux ir-reazzjoni taghha ghall-fatt li wara tliet snin ta’ kontroversja biex jintghazlu l-imhallfin ghall-Qorti Ewropea ta’ Strasburgu, issa l-gvern ceda u mill-inqas wahda mill-applikanti trid tkun mara. “Jiena din is-sitwazzjoni nqabbilha mal-kwistjoni tal-kwota. Sfortunatament kultant ikollok tmur ghal dawn il-mizuri biex effettivament ikun hemm bilanc ta’ opportunitajiet. Ahna qeghdin nitkellmu biss fuq opportunità f’dan l-istadju. Jigifieri t-talba kienet li jkun hemm applikanti li jkunu taz-zewg sessi, mhux necessarjament ser tintghazel mara. Però ta’ l-inqas qeghdin nifirxu l-possibilità u l-opportunitajiet liz-zewg sessi.
“Finalment jien naqbel ma’ dawn it-tip ta’ mizuri u nkun nixtieq naraha ssehh fuq bazi lokali, jigifieri meta nappuntaw bordijiet. Hemm policies li jrid ikun hemm certu bilanc fuq bordijiet izda kemm dawn imbaghad jigu nfurzati u kif jirrizultaw fil-prattika dik hija storja ohra.”
M’ahniex poplu koerenti
Staqsejtha jekk mill-esperjenza taghha tahsibx li ahna poplu li nirrikonoxxu d-drittijiet ta’ min hu differenti minna, izda hi tghid li m’ahniex koerenti. “Jiena nahseb li m’ahniex koerenti bhala socjetà. Nahseb li fuq certi aspetti, bhad-dizabilità nkunu lesti li nimxu dak il-pass. Però fuq aspetti ohrajn qisna noqghodu lura. U hawn nerga’ nsemmi l-kuncett ta’ pregudizzju. Din tigi minn ideat li ahna ghandna li jkunu gew mill-midja, mill-kultura, minhabba t-trobbija, allura ngharfu wkoll li dan huwa process ta’ taghlim, ghalkemm issa nahseb li wasal iz-zmien li nimmaturaw bhala poplu.
“Inhoss li bhala pajjiz, u anke mill-lat politiku, la darba qeghdin naghtu certi drittijiet lil gruppi ta’ nies, ma tistax l-istess drittijiet ma testendihomx ghal gruppi ohrajn. Mil-lat individwali mbaghad il-ligijiet Ewropej ovvjament isibu ruhhom fil-ligijiet ta’ Malta u l-ligijiet ta’ Malta mbaghad jimponu obbligi u drittijiet kemm fuq min ihaddem jew jipprovdi servizz u kif ukoll fuq il-haddiema nfushom. L-obbligu generali jkun li ma jiddiskriminawx u li ma jippermettux li ssir diskriminazzjoni.”
Fl-ahharnett issemmi wkoll l-istatistika tal-Eurobarometer li turi li 53% tal-Ewropej ma jafux x’inhuma d-drittijiet taghhom f’kaz li jigu diskriminati u hawnhekk terga’ tappella ghall-infurzar tal-ligijiet. “Din l-istatistika nemminha mill-esperjenza. Nerga’ nghid li sar hafna mill-entitajiet ta’ l-istat. Ovvjament jista’ jsir iktar, però jiddependi hafna mir-rizorsi u minn kemm se nibdew ninfurzaw il-ligijiet. M’ghandniex xi nghidu jekk kemm-il darba l-ligijiet se jigu nfurzati fuq il-post tax-xoghol, il-haddiema b’mod indirett se jsiru jafu d-drittijiet taghhom x’inhuma.”
No comments:
Post a Comment