http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=52672
16.4.9 minn Victor Vella
Id-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea li fil-bidu ta’ April ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u għad trid tiġi approvata mill-Kunsill tal-Ministri, qiegħda tkompli toħloq aktar diskussjoni hekk kif għadd ta’ istituzzjonijiet Kristjani madwar l-Ewropa qegħdin jattakkaw din id-direttiva, li l-għan tagħha hu dak li titneħħa d-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess u reliġjon fost oħrajn.
Istituzzjonijiet Kristjani qegħdin joħorġu qattgħa bla ħabel kontra din id-direttiva minħabba li biha l-knejjes se jkunu sforzati jagħmlu żwiġijiet bejn l-omosesswali fl-istess knejjes.
Id-direttiva li ġiet adottata bi 360 vot favur u 227 vot kontra fil-Parlament Ewropew, issa qiegħda tiġi kkritikata ukoll għax dawk li ma jemmnux jew mhumiex Kattoliċi jistgħu jirċievu s-sagramenti u anke jitqarbnu fil-knejjes. Id-direttiva tkopri u tiġbor taħtha l-organizzazzjonijiet kollha li jagħtu xi servizz lill-pubbliku, sptarijiet, negozji, ħabsijiet u anke knejjes.
Il-kritika li qiegħda ssir lil din id-direttiva, b’mod partikolari miċ-Church of England u mill-Catholic Education Service, hi minħabba l-fatt li għadd ta’ kritiċi qegħdin iwissu li d-direttiva tista’ twassal biex individwi jtellgħu gruppi reliġjużi l-Qorti sempliċiment għax jirrifjutaw li jħalluhom jiżżewġu fil-knisja għax ikunu koppja omosesswali. Id-direttiva tista’ twassal ukoll biex jittieħdu azzjonijiet kontra skejjel tal-Knisja li għandhom politika li l-ewwel idaħħlu tfal li huma Kattoliċi.”
Il-Catholic Institute qed jgħid li “d-direttiva se tagħmel l-affarijiet agħar milli huma, għax issa l-kontroll aħħari se jkun fi Brussels u mhux fil-kontroll tal-Parlament tagħna.” Il-Kap Eżekuttiv ta’ Catholic Education Service Oona Stannard qalet li “jidher li l-Parlament Ewropew hu antagonista għall-fidi u mhux jara d-dimensjoni tad-drittijiet umani fil-fidi.”
Ta’ min jgħid li din id-direttiva, li jekk tiġi adottata mill-Kunsill tal-Ministri tidħol fis-seħħ, tagħti lok biex persuni ateji li jħossuhom offiżi b’kurċifissi jiftħu proċeduri legali kontra dak il-post partikolari biex dak is-salib jitneħħa.
Mill-banda l-oħra persuni Kattoliċi jistgħu jiftħu proċeduri huma stess kontra postijiet li jkollhom simboli li jistgħu joffendu lil min ikun Kattoliku.
Ebda knisja mhi se tkun sforzata taghmel zwigijiet bejn l-omosesswali. Il-kwistjoni ta x'inhu u x'mhux sagrament hi wahda tal-knisja u tal-knisja biss. L-istat mhux se jomponi teologija fuq ebda knisja. Sur Vella, tkomplix bil-hmerijiet. Pero jekk ikun hemm hall tal-knisja li hi tikri lill-mizzewwgin u persuni ohra tkun xi tkun ir-religjon taghhom, il-knisja mghandha ebda dritt li tiddiskrimina kontrina.
ReplyDeleteJoseph Carmel Chetcuti