3.4.9
Irriżulta li mill-2006 ‘l hawn, iktar minn tmien miljun ċittadin Ewropew ħadu vantaġġ mid-dritt tagħhom li jirrisjedu fi stat membru ieħor tal-UE. Madankollu, skont il-Parlament Ewropew, l-istati Membri ħolqu ħafna ostakoli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-UE.
L-MEPs sostnew li l-pub bliku għadu mhuwiex kon xju biż żejjed tad-drittijiet tiegħu, inkluż id-dritt tal-vot f’elez zjonijiet lokali u dawk Ewropej fil-paj jiż fejn persun a tkun qiegħ da tgħix.
Permezz tar-rapport imħej ji minn Adina-Ioana Vàlean (ALDE, RO) u adottat b’500 vot favur, 104 kontra u 55 astensjoni, il-Parlament Ewropew sos tna li l-applikazzjoni fil-prat tika tad-dritt taċ-ċittadini u tal-familji tagħhom għall-moviment ħieles u għar-residenza fit-territorju tal-UE hija ta’ di -żap punt. Fil-fatt, l-ebda stat membru għadu ma inkorpora d-Direttiva fis-sħiħ fil-liġi nazzjonali b’mod xieraq.
Dan wassal għal każijiet serji ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali, inkluż b’rabta mad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ membri tal-familja minn pajjiżi terzi. Kien hemm ukoll każijiet oħra fejn ċittadini tal-UE li applikaw għal permess ta’ residenza ġew obbligati jipprovdu dokumenti addizzjonali, bħal permess ta’ xogħol jew prova sodisfaċjenti ta’ akkomodazzjoni – ħaġa li mhix rikjesta mid-Direttiva dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu u jirrisjedu b’mod liberu fit-territorju tal-istati Membri.
L-MEPs innotaw li ċ-ċittadini ta’ xi stati membri u ta’ xi komunitajiet etniżi jidhru li qegħdin jiġu mmirati b’mod speċjali f’ċerti stati membri. Huma għamlu appell biex l-istati membri ma jintroduċux leġislazzjoni li timponi sanzjonijiet sproporzjonati jew diskriminatorji fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni. Eżempju ta’ dan huwa meta ċittadin tal-Unjoni jinqabad jikkometti xi reat kriminali u l-istat membru jsostni li l-fatt li jkun qiegħed jgħix fit-territorju tiegħu illegalment ikun jikkostitwixxi ċirkustanza aggravanti.
Azzjoni kontra l-Istati Membri
Intqal li prattiċi amministrattivi nazzjonali spiss jikkostittwixxu ostakoli serji għall-eżerċizzju miċ-ċittadini tad-drittijiet tagħhom. Ir-rapport juri li l-Kummissjoni rċeviet iktar minn 1,800 lment, 40 mistoqsija parlamentari u 33 petizzjoni f’dan ir-rigward. S’issa nbdew ħames proċeduri ta’ ksur tal-liġi kontra ċerti stati membri. L-MEPs jemmnu li din is-sitwazzjoni turi nuqqas ta’ kapaċità minn naħa tal-Kummissjoni li tiżgura li l-istati membri jikkonformaw mad-direttivi fil-ħin u b’mod konsistenti, u li timmaniġja numru kbir ta’ lmenti li jsiru mill-pubbliku dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi.
Kunċetti essenzjali interpretati ħażin
L-MEPs sostnew li ċerti stati membri jinterpretaw il-kriterju ta’ riżorsi suffiċjenti – li huma meħtieġa f’każ ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur – b’mod vag. Anke l-kunċetti ta’ membru tal-familja u ta’ msieħeb/msieħba, speċjalment fil-każ ta’ koppji tal-istess sess, jiġu interpretati ħażin. Għaldaqstant, l-MEPs iħeġġu lill-istati membri biex jirrikonoxxu, b’mod reċiproku, mhux biss lill-konjuġi ta’ sess differenti, iżda ukoll lill-imsieħba tal-istess sess. Huma jemfasizzaw il-fatt li r-rikonoxximent tal-moviment liberu ta’ kop pja tal-istess sess ma jfissirx neċessarjament ir-rikonoxximent ta’ żwieġ bejn koppja tal-istess sess.
Problemi u prospetti
Rapport ieħor dwar il-problemi u l-prospetti futuri b’rabta maċ-ċittadinanza tal-UE, imħejji minn Urszula Gacek (EPP-ED, PL), ġie adottat b’578 vot favur u 64 kontra. L-MEPs innotaw li t-tkabbir tal-Unjoni wassal għal żieda konsiderevoli fin-numru ta’ ċittadini tal-UE li jirrisjedu barra mill-istat membru minn fejn joriġinaw, iżda ftit minnhom huma konxji mid-drittijiet tagħhom. Il-Parlament huwa ddiżappuntat bin-numru baxx ta’ ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi stat membru barrani u li joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fil-pajjiż fejn ikunu qegħdin jgħixu – li huwa dritt tagħhom.
Dritt ewlieni ieħor li huwa marbut maċ-ċittadinanza Ew ro pea huwa dak tal-protez zjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi ta’ kwalunkwe stat membru meta ċittadin tal-UE jkun jinsab f’pajjiż terz. L-MEPs insistew li l-Unjoni għandha tieħu passi biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha f’pajjiżi barra mill-UE, b’mod speċjali billi tfittex li tevita li dawn jingħataw il-piena tal-mewt.
Barra minn hekk, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex tkompli tinnegozja l-ivjaġġar lejn pajjiżi terzi mingħajr viża għall-istati membri kollha. L-MEPs iqisu li hija inġustizzja li ċittadini ta’ ċerti stati membri jkollhom japplikaw għal viża biex jivvjaġġaw waqt li dawk ta’ stati membri oħrajn ma jkollhomx bżonn – b’mod speċjali fir-rigward tal-Istati Uniti.
No comments:
Post a Comment