Monday, 13 April 2009

KullĦadd: Kuntent/a b’zewg personalitajiet

http://www.kullhadd.com/kullhadd/20090411286/Intervista/kuntenta-bzewg-personalitajiet.html
11.4.9 minn Ramona Portelli

Gordon Crane u Charlotte Crane t-tnejn huma l-istess persuna. Ser nirreferi ghal din il-persuna bhala Charlotte. Toqghod Santa Lucija u ghandha 26 sena. Imwielda bhala Gordon però matul il-weekends tibdel lil nnfisha f’Charlotte. “Ma nsib l-ebda problema nghix kemm bhala Gordon, kif ukoll bhala Charlotte. Charlotte dejjem fil-weekends, hrug u divertiment. Inhossni komdu u mimli bil-hajja u sa fl-ahhar nesprimi lili nnifsi jien kif jien. In-nies gieli jghajtuli Gordon kif ukoll gieli Charlotte, normalment juzaw il-mod li jhossuhom komdi huma. M’hemm l-ebda problema, però Gordon jibqa’ dejjem l-iktar isem li jghajtuli ghax b’Gordon inqatta’ l-iktar hin specjalment fuq il-post tax-xoghol tieghi”, bdiet tghidli Charlotte dwarha.

Fil-kaz ta’ Charlotte tissejjah persuna transvestita, jigifieri persuna li ser tibqa’ bis-sess naturali taghha, f’dan il-kaz dak ta’ ragel, ghalkemm thobb ikollha apparenza ta’ mara. “Jiena komda bis-sess tieghi, voldieri dak ta’ ragel, bl-ebda mod m’jiena ser inbiddel is-sess b’xi operazzjoni. Jiena komda bit-tnejn li jiena u nhobb hajti kif inhi. Ma jonqosni xejn. Issa sa fl-ahhar sibt lili nnifsi u nhossni stabbli kif dejjem xtaqt”, sostniet Charlotte.

Rigward il-karta ta’ l-identità taghha infurmatni li ma ttiha l-ebda problemi. Kif sahhqet hi dejjem inqdiet ghax fl-ahhar mill-ahhar hi ma biddlet l-ebda sess taghha.

“Tghix il-hajja ta’ gay mhux dejjem tista’ tkun wahda facli ghal min jghaddi minn din il-fazi. Sakemm tibda tidra lilek innifsek, tibda thossok differenti minn haddiehor, issaqsi lilek inifsek ghal xiex jien, u x’inhu jigri”, ziedet tghidli Charlotte.

Kompliet tghidli, “Joghgbok l-istess bniedem tas-sess tieghek, tibza’ titkellem, tibza’ ssaqsi, thossok maqtugh ghalik, thossok qieghed f’dinja ghalik, f’certu cirkostanzi hawn min isib kuragg u johrog hu min hu verament, imma hawn hafna nies misthija u bezghana u sfortunatament ma jsibux ix-xorti li jsibu lil xi haddiehor biex juru lilhom infushom”.

“Ta’ età ckejkna, meta kont inhossni migbud lejn l-istess sess tieghi ma kontx naf ezatt x’inhu jsehh f’hajti, kont nghid issa ninbidel, din fazi kollox jghaddi, imma din baqghet tikber, baqghet dejjem go fijja.

“Ma stajt naghmel xejn. Pruvajt dejjem dak il-lehen nipprova ma nisimghux imma kien kollu ghalxejn. Fl-iskola qatt ma smajt fuq gays kif ukoll anqas fuq lezbjani. Il ftit li kienu jghidu dejjem fuq koppja fejn tidhol mara u ragel u jiena kont iktar nisthi u nibza’ li mela hemm xi haga go fija li miniex b’din il-famuza kelma “normali!”, kompliet tiftah qalbha Charlotte.

Tishaq ghal aktar taghlim fl-iskejjel

Ziedet tghidli, “Li ovvjament meta tal-klassi kienu jisimghu minn dan halli ghal ilsienhom biex izejnuk bl-isbah li setghu, però dak biss kien isehh qatt ma gejt approwcjat minn ghalliem u qalli dak li qed thoss m’ghandekx ghal xiex tibza’, taqtax qalbek jew iktar, dejjem bqajt b’dik l-imma. Jiena nahseb li fl-iskola ghandu jkun hemm iktar taghlim bhalha sesswalità b’daqshekk xejn mhu ser jonqos anzi jizdied u dak li jkun ikollu minn fejn jiehu idea kif jista’ bejn wiehed u iehor tkun hajtu, anke jekk l-iskejjel jew l-ghalliema ma jaqblux mat-taghlim. Hawn gay movements fejn wiehed jista jiehu parir, jitkellem ukoll biss biss li jiftah qalbu, wiehed jigwida lill-iehor, dejjem tkun qed taghmel gid ghal haddiehor b’daqshekk m’inti tmexxi lil hadd go triq hazina”.

Emmnet li qatt ma tista’
ddawwar hi min hi

“Jien nista’ nghid li fiz-zghozija tieghi dejjem bzajt li stajt ma nigix mifhum, ma nigix accettat, dejjem bdejt nuri jew ghal inqas pruvajt nuri xi hadiehor li miniex, li sa fl-ahhar dan mhu qed iservi ghal xejn f’hajtek. Qatt ma tista’ tbiddel dak li int. Qatt ma tista’ ddawwar int min int, dik hija lezzjoni li tghallimt f’dawn l-ahhar snin”.

Fuq il-post tax-xoghol taghha kulhadd jaf hi min hi filwaqt li kulhadd jirrispetta dak li hi. Ghamlitili cara li bhala Charlotte dejjem tibqa’ fil-weekends. Waqt il-hin tax-xoghol dejjem tibqa’ xoghol bhala Gordon u taprezza hafna kemm l-imghallma taghha, kif ukoll lil kollegi ta’ fuq il-post fejn qed tahdem. “Ghalihom jien Gordon tax-xoghol. B’tislima u b’harsa nkun naf x’inhuma jghidu u ghalijja li jien nigi mifhum u li l-kollegi japprezzawk huwa sens ta’ paci mieghi nnifsi”.

Ma jonqosha xejn

Mistoqsija b’liema tip ta’ gugarelli kienet tilghab meta kienet izghar, wiegbet, “Gugarelli kelli tas-subien hafna. Nahseb li xejn ma kien jonqosni bhala kull l-ewwel tifel fil-membru tal-familja, però dejjem kont insib ic-cans biex nghaddi hafna mill-hin m’ohti l-kbira nilaghbu bil-pupi taghha u loghob infinit u dejjem b’xi haga gdida. Jibqghu dejjem memorji li ma ninsihom qatt u sal-lum baqa’ qisu bhala passatemp li nghaqqad xi pupa ta’ xi kollezzjoni li toghgobni”.

Persuni bhali ghandna
nigu accettati

“Il-fatt li ma tigix accettat jew minn tal-familja, minn shabek, jew impjieg mhix xi haga sabiha u l-anqas ta’ gid. Inti fl-ahhar mill-ahhar kull ma trid huwa li tghix bhalma tghix kwalunkwe persuna go din id-dinja u li giet moghtija l-hajja u kollha ahna l-holqien t’Alla. La dejjem timxi sew f’hajjtek u ma taghti qatt fastidju u tirrispetta lilek inifsek ghandek kollox”, sahqet Charlotte.

Hawnhekk Charlotte kompliet tesprimi ruhha mieghi. “Il-fatt li l-genituri ma jaccettawx lil uliedhom bhala gays ikolli nghid nahseb li hija esperjenza xejn sabiha. Jien niringrazzja ‘l Mulej, ommi missieri kif ukoll huti accetawni kif jiena hu sens ta’ stima ta’ imhabba u r-rispett baqa’ hemm. Ghalijja huwa l-isbah don u ma kont qed nitlob xejn inqas f’hajti li ghal inqas il-familja taccettani u thobbni ta’ li jiena. M’ghandiex ghal xiex nistenna l-karnival biex nghaddi lili nnifsi biz-zufjett u nuri li jiena minn gewwa rrid inkun Charlotte, ghal inqas nuri li jiena min jiena meta nohrog minn god-dar bhala Charlotte. Ommi stess tghidli tajba qieghda ma jonqsok xejn pulita hu gost u mohhok hemm, b’dawk il-ftit kliem lilek jimluk b’kuragg li anqas jekk tiltaqa’ ma’ xi hadd tipprova iwaqqak ghac-cajt tiftakar x’qaltlek ommok ftit ilu jimlik b’kuragg u telgheb dik n-naqra hin ta’ debolezza”.

Ziedet tghidli herqana, “Ghandi missieri li huwa ovvjament figura ta’ missier però parir jaghtihuli kif jaf bil-mod tieghu, però nkun naf li bi kliemu qed ifisser hafna ghax joqghod attent ezatt x’se jghidli, però dejjem kien hemm meta sibtu u ghalih ahna l-erbgha ahna l-isbah don ghal kull genitur li jista’ jkollu f’hajtu.

“Ghandi tliet huti li minghajrhom nista’ nghid li ma nghaddix il-granet tieghi. Inhobbhom b’imhabba immensa. Ghandi l-kbira li ghandi certu rapport maghha, mara mizzewga però bqajna xorta l-istess fejn jidhol shopping jew parir ghal hrug hija l-oht il-kbira s-semplici wahda grazzjuza li ghalina issa ohtna z-zghira, ghandi l-hija ta’ warajja jghini bi ftit imma b’harsa ta’ ghajnejh nifhmu, riservat però b’qalb mimlija imhabba u lest li jghini f’kollox jibqa’ dejjem hija tal-pacenzja, ghandi z-zghira li ghandi x’naqsam hafna fil-hajja tieghi flimkien qisna zewgt itfal zghar, ingawdu flimkien niehdu gost, jekk ikolli problema maghha niftah qalbi maghha l-ewwel u kif ukoll taghmel hi, kif ikun hawn l-istagun il-gdid tal-hwejjeg erhilna nigru girja ha nkunu minn tal-bidu, dik tibqa’ dejjem ghal dejjem l-ikbar habiba tieghi l-iktar wahda sinciera”, sostniet Charlotte.

L-ghazla ta’ l-isem Charlotte

B’kurzita staqsejtha kif minn Gordon ghazlet l-isem femminili ta’ Charlotte. “Charlotte ippikjajtu mis-sensiela televiziva Sex & the City. Personali nhobb hafna affarijiet klassici u toghgobni Franza. Barra minn hekk fan ta’ Sex & the City u nammira l-karattru ta’ Charlotte f’din is-sensiela”.

It-tip ta’ hrug taghha

Mill-isem, iddiskutejt maghha t-tip ta’ hrug taghha. Filfatt infurmatni li dan jiddependi skond xi tkun l-okkazjoni. Jekk ghalkemm ikun weekend izda tkun xi okkazjoni familjari tmur liebsa bhala Gordon, ghalkemm sahhqet mieghi li kieku tmur liebsa bhala Charlotte xorta wahda jaccettawha. “Niftakar u nixtieq nghidha ara din, li darba kellna staff party tax-xoghol u l-bicca l-kbira ma kienux jafu x’jiena. U wahda mill-kollegi tieghi ma kinitx ghaddejja minn mument facli f’hajjitha u jien ma ridtx mmur ghax xtaqt mmur bhala Charlotte. Però meta rajt lilha kif kienet, qalbi ma felhitx u ghedt irrid immur halli ma niehux pjacir u gost, però ghalinqas ser inkun hemm ghaliha jekk forsi ma ssibx ma’ min tiftah qalbha jew ghandha bzonn spalla ghal meta trid tikbi. Min-naha l-ohra Charlotte ghandha hafna okkazjonijiet u weekends. Jiena nerga’ nghid li komda bi tnejn u nhobb lili nnifsi bija t-tnejn”.

Messagg genwin

Tlabtha tghaddi messagg lil dawk li qed jaqraw din l-intervista. “Il-messagg li nixtieq nghaddi huwa specjalment lill-genituri ta’ dawk li ghandhom lil xi hadd fil-familja taghhom mit-tfal omosesseswali, huwa li m’ghandek taghti kaz qatt mill-girien. Li jimpurtak huwa mill-bieb ‘l gewwa. Hajtek hija familtek u r-rispett jghix go dahrek. Lil uliedek m’ghandek qatt iccahhadhom min huma l-hajja taghhom. Iridu jghixuha, tippruvhawx tbiddlulhom min huma. Dak mhux dnub. Hija n-normalità, kulhadd twieled bid-destin tieghu u kulhadd ghandu jghix bid-destin li Alla tah, kollox ghandek tiehu kif inhu f’hajtek, dan mhux deni ghozz lil ibnek u lil bintek kif il-familja tieghi ghamlet mieghi u r-rapport dejjem jidhol fil-fond u dejjem ikun ahjar. Ghall-bidu kollox tara b’ghajn differenti però xejn mhu ser jinbidel. Ibnek u bintek ser jibqghu. Ma tista’ qatt thassar jew tbiddel dak li hu, min jaf kemm hawn minnhom li qasmu s-sesswalità taghhom u ma gewx mifhuma u sfortunatament spiccaw biex ghamlu suwicidju ghax ma felhux ghall-piz, jew ghall-fatt li ma gewx accettati”.

Dritt li jesprimu hajjithom

Iddiskutejt ma’ Charlotte d-dritt taghha fil-qasam socjali. Filfatt gibditli l-attenzjoni li l-qasam socjali mhux dejjem wiehed jaghti kaz x’hemm madwaru, però ghal dawk li jintebbhu u ghal dawk li raw jew qeghdin jaraw omosseswali ghalihom hija xi haga kbira jew mhix f’postha. “Jekk omosesswali hareg kif ihossu komdu, dan mhu qieghed jaghti fastidju lil hadd, kulhadd ghandu d-dritt li jesprimi hajtu kif inhu ghax jekk noqoghdu nfittxu x-xaghra fl-ghagina ser nibqghu sejrin hekk anke min forsi ma jistax jippermetti persuntu forsi ikun naqra ohxon u jilbes komdu kif ihossu huwa. Ahna minflok naraw kemm hu kunfidenti bih inifsu u komdu bih jew biha, le nippruvaw nirredikolaw l-fatt ta’ kif inhu libes biss bniedem\a li anqas biss bilkemm tafuha, vera b’dan u b’daqshekk mhu se jinbidel xejn, però ghalinqas waqt li din il-persuna lilek mhix ittik fastidju halliha tghix, halliha tesprimi kif fuq kollox taghmel u jaghmel kull wiehed u wahda minna, ahjar nitghallmu xi darba naccettaw u nidraw minflok dejjem nibqghu nippuntaw u niggudikaw”, spjegat Charlotte.

Dritt ghall-post tax-xoghol

Fid-dinja tax-xoghol mhux facli ssib impjieg, forsi taf tigik tajba u jimpjegawk però ghal min hu transvestit hija problema zgur. “Ninsab certa li kif intervistatur jara quddiemu transvestit waqt l-hin ta’ l-intervista, jghidilha tisma minn ghandha u ibqa’ zgur li kif tohrog minn dak il-bieb l-isem ikun digà thassar ghat-tieni intervista. Persuna gay, lesbjana jew transvestita m’ghandha xejn inqas mid-dritt li tahdem, m’ghandha xejn inqas minn haddiehor, hadd ma twieled gharef u kulhadd twieled biex jitghallem, allura jekk persuna gay ghandha l-iskola u pozizzjoni din ma tistax tahdem ghax gay? Jekk persuna imlahhqa ser tbati ghax hija gay?”, sahqet mieghi Charlotte.

Ziedet tghidli li fil-post tax-xoghol fejn tahdem hi ghalihom jistmawha daqs li kieku haddiema bhall-ohrajn. “Ikkal­ku lata l-istess, u ghandi dritt daqs haddiehor. M’ghandekx ghal xiex tkun persuna bl-uniformi biex ghandek tifhem x’inhu normali jew le, xejn mhu xejn hlief kulhadd normali dan la ser ibaxxi lilek l-anqas ser ihammeg lilek u lil xogholok. Dan qed jaghti sehmu/a u fl-ahhar mill-ahhar li jimporta huwa mill-hin tax-xoghol u kulhadd ghandu l-hajja tieghu u d-dritt li jghix kif jixtieqha u jirrispetta d-decizjoni ta’ dak li huwa”.

Messagg finali

Fl-ahharnett Charlotte insistiet sabiex tirringrazzja lill-genituri taghha ta’ l-appogg, ta’ l-imhabba sinciera li dejjem baqghu jaghtuha u juruha. “Ghalija huma l-hajja tieghi u l-ikbar hbieb bhalhom mhu ser insib qatt, lil huti li dejjem naf li qeghdin hemm jghinuni u dejjem jaghtuni l-ahjar pariri u l-kumplament tal-familja”.

“Messagg zghir lill-familji min ghandhom jew il-quddiem jesperjenzaw din l-esperjenza kulhadd jitwieled b’destin fil-hajja tieghu u kollox u kulhadd hu holqien t’Alla. Irrispettaw lill uliedkom ghax fil-hajja m’hemmx normali u dak li mhux. Aghtuhom l-appogg tal-familja dan mhu xejn differenti kulhadd ser jibqa’ jghix il-hajja ta’ kuljum l-importanti ghal kulhadd li familtu tkun b’sahhitha u li kulhadd jghix il-hajja tieghu kif kull wiehed u kull wahda minna ghamel d-decizjonijiet tieghu fil-passat kif ahna fil-prezent u ghall-futur”, temmet tghidli Charlotte.

No comments:

Post a Comment