Saturday, 12 February 2011 18:12 minn Krista Caruana
Fil-jiem li ghaddew waqt li kont qed niftah l-ittri li nircievu bil-posta, sibt ittra partikolari li mill-ewwel gibditli l-attenzjoni. Mhemuza mall-ittra kien hemm avviz klassifikat miktub minn mara ta' 50 sena. Normalment min jibghat avviz klassifikat jaghmel dan ghax ikun irid ibiegh jew jixtri xi haga, izda l-avviz ta' din il-mara kien totalment differenti.
F'dan l-avviz il-mara talbet biex xi proxxmu jaghmel karità maghha u joffrilha post adegwat fejn toqghod minhabba li qed tghix f'zewgt ikmamar zghar u li ghalihom qed thallas kera ta' madwar €400 kull 3 xhur.
Mill-ewwel hadt interess fis-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha din il-mara u cempiltilha u ftehmt maghha biex immur inkellimha d-dar.
Kcina bla 'cooker' u kamra tas-sodda bla gwardarobba
L-ghada filghodu mort inhabbat fuq il-bieb tad-dar taghha, jekk tista' ssejhilha dar, ghax l-aktar haga li laqtitni appena fethitli l-bieb u dahhlitni gewwa kienet proprju c-cokon tal-kamra li qed tghix fiha. Mal-ewwel daqqa t'ghajn stajt ninnota lid-dar taghha tikkonsisti f'kamra wahda maqsuma fi tnejn. Parti minnha hemm il-kcina u l-parti l-ohra hemm kamra tas-sodda.
L-ewwel haga li qaltli kif dhalt gewwa kienet "ara naqra f'hiex qed nghix". U bir-ragun. Il-kamra hija nieqsa minn kull tip ta' kumdità. Fil-fatt fejn suppost hemm il-kcina stajt ninnota li l-anqas cooker m'ghandha tant li l-mara jkollha ssajjar fuq speci ta' spiritiera. Mill-banda l-ohra l-ghamara f'dik li suppost hija kamra tas-sodda wkoll hija limitata hafna, tant li l-mara l-anqas biss ghandha fejn terfa' l-hwejjeg u oggetti personali ohra. Il-mizerja tispikka wkoll f'dik li suppost hija kamra tal-banju u li m'hija xejn hlief rokna zghira biswit fejn torqod.
Apparti c-cokon u l-iskumdità, fil-kamra tispikka wkoll in-nuqqas t'arja u d-dlam, hlief ghal ftit dawl li jidhol minn bitha ckejkna hafna li fiha tonxor il-hwejjeg.
Ghal 24 sena shah kont mizzewwga ragel 'gay'
Il-mara qaltli li qatt ma kienet f'sitwazzjoni aghar milli tinsab fiha bhalissa. Qaltli li f'hajjitha kienet rat hafna l-aktar fil-hajja mizzewwga taghha li ntemmet b'separazzjoni ghaxar snin ilu.
Il-mara rrakkuntatli dwar iz-zwieg taghha li ntemm meta skopriet li zewgha kien ilu snin twal jaqlibielha ma' ragel iehor. "Dak iz-zmien kont ghadni zghira. Kelli t-tifla kien li ghad kellha biss 10 snin meta kont qbadt lil zewgi jaqlibhieli mall-habib tieghu li ironikament kien diehel u hiereg id-dar taghna ghax jien minghalija li kien kollega tieghu fuq il-post tax-xoghol.
Qatt ma bsart li bejniethom seta' kien hemm xi haga aktar minn hbiberija. Jien kont iffissata fuq uliedi u forsi li kien ghalhekk li qatt ma ntbaht b'xejn. Imbghad 10 snin ilu, bdejt niftah ghajnejja u qbadtu jaqlibhieli fil-fatt, wara li ghamiltlu l-ghassa. "
Kompliet tispjegali kif appena skopriet li zewgha kien gay, hajjitha kienet spiccat. Ma setghetx tkompli tghix meta kienet taf li missier iz-zewgt uliedha kien dahak biha b'dak il-mod. "Bdejt inbati bid-dipressjoni u spiccajt dipendenti fuq il-kalmanti.
Jien bdejt il-proceduri ghas-separazzjoni u wara li sseparajna, jien u binti morna nghixu f'appartament ghal rasna. It-tifel kien digà kiber u qed jghix wahdu. Ghaddejt 10 snin shah naghmel sagrificcju wiehed wara l-iehor biex inrabbi lil binti.
Kif tista' timmagina, f'10 snin, il-ftit flus li kelli mwarrba taht rasi bdew jitnaqqru ftit ftit sakemm spiccaw ghal kollox. Kien ghalhekk li sentejn ilu tlaqt mill-appartament fejn kont qed noqghod u sibt dawn iz-zewgt ikmamar minhabba li ridt kirja orhos ghax ma kellix aktar minn fejn inhallas."
"Qed nghix bil-pilloli u bl-ilma"
Staqsejtha jekk tistax b'xi mod tghin lilha nnifisha biex ma tibqax f'din is-sitwazzjoni, izda qaltli li apparti l-problemi familjari li ghandha, ghandha wkoll diversi problemi ta' sahha. "Jien nghix bil-pilloli u bl-ilma. Inbati b'hafna mard fosthom diabete, kolesterol, dipressjoni, mard tal-qalb, kif ukoll bl-azma.
Ghal dan il-mard kollu ghandi bzonn niehu hafna medicini. Ghalkemm jiena ntitolata ghal diversi medicini bla hlas, hafna drabi qed nispicca jkolli nixtriehom minn buti minhabba li ma nsibhomx fl-ispizerija tal-gvern.
Fix-xahar jien irrid nghix bi €360 li minnhom irrid inhallas il-bzonnijiet bazici bhall-ikel, xorb u medicini kif ukoll il-kontijiet. L-ahhar kont tad-dawl u l-ilma li rcevejt kien ta' €800 u wara skoprejt li l-kont kien sploda minhabba li kelli hsara fis-sistema tal-ilma. Dan il-kont ma hallastux ghax ma kellix minn fejn. Apparti minn hekk ninsab minghajr linja tat-telefon ghax qatghuli l-linja minhabba li ma hallastx il-kont u ghad irrid naghtihom mal- €200.
Ippruvajt kemm -il darba nipprova nsib xi xoghol part-time biex nghin lili nnifsi, izda dejjem jaghlquli l-bieb f'wicci ghax dejjem igibuli xi skuza fost l-ohrajn li jien ghandi l-età u li jippreferu jimpjegaw xi hadd izghar minni jew inkella lin-negozju sejjer hazin u hadd ma jiflah izid l-impjegati izda hafna qed inaqqsuhom."
"Bghatt 3 ittri lill-Prim Ministru"
Staqsejtha jekk wasslitx l-ilmenti taghha lill-awtoritajiet koncernati. "Jien ilni snin shah nitlob lill-Awtorità tad-Djar biex tiehu inkonsiderazzjoni l-kaz tieghi u forsi tipprovdili akkomodazzjoni alternattiva, izda sal-lum ghadni qed nghix fil-mizerja ta' dawn iz-zewgt ikmamar. Bghatt ukoll 3 ittri lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fejn minkejja li spjegajtlu f'hiex ninsab, sal-lum ghadni ma rcevejt l-ebda risposta minghandu."
"Ta' spiss nahseb fis-suwicidju"
Filwaqt li ghedtilha biex taghmel kuragg, il-mara qaltli li sakemm l-awtoritajiet jibqghu jaghlqulha l-bieb f'wiccha, ma tista' qatt timxi 'l quddiem fil-hajja taghha. "Kemm -il darba nghid li nixtieq li mmut u ta' spiss nahseb fis-suwicidju ghax inhossni xbajt nghix f'din it-tbatija u f'dan il-faqar. L-akbar xewqa li ghandi hija li jkolli post dicenti fejn nghix bit-tama li forsi xi darba nkun nista' nerga' nibni hajti mill-gdid, ghax hajti issa ilha snin twal imkissra u mfarrka", temmet tghidli l-mara.
No comments:
Post a Comment