Wednesday 29 September 2010

L-Orizzont: L-adozzjoni tat-tfal minn persuni LGBT

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=66472
27.9.10 minn Kevin Mercieca, MOVE Studenti Progressivi

Bejn l-2007 sal-2009, in-numru ta' tfal adot­tati minn barra niżel bi 30%. Waqt li fl-2007 ġew adottati 64 tifel u tifla, fl-2008 dan l-ammont niżel għal 43, u sal-2009 kompla jinżel għal 34. Ir-raguni għal dan ma ġietx speċifikata. F'dawn it-tliet snin jidher ukoll li l-aktar pajjiż popolari mal-Maltin għall-adozzjoni kien ir-Russja, b'63% tat-tfal barranin jinġiebu minn dan il-pajjiż. Warajh kien hemm l-Etjopja b'21% u l-Pakistan b'6%. Għalkemm l-adozz­jo­ni titqies bħala mod iżjed sħiħ kif it-tfal jiġu integrati f'familja, il-'fostering' joffri sos­titut biex it-tfal ikunu jistgħu jesperjenzaw ambjent ta' familja – xi ħaġa li ma tantx tista' ssir faċilment f'orfanatrofju.

Waqt il-programm "Sfera" tal-ġimgħa l-oħra qam argu­ment jaħraq bejn Gabi Cal­leja l-kordinattriċi tal-Malta Gay Rights Movement u Dr Josie Muscat, tabib u politiku li sa ftit xhur ilu kellu wkoll il-partit tiegħu, l-Azzjoni Nazz­jonali. Gabi Calleja hija favur li persuni LGBT( les­bjani, omoseswali, bis-sess­wali u transesswali) jadottaw it-tfal filwaqt li Dr Muscat huwa kontra li persuni LGBT jkollhom dan id-dritt. Fi stat demokratiku kulħadd għan­du dritt għal opinjoni u ħadd ma jista' jimponi liġi­jiet fuq ħaddieħor, iżda f'din il-kwistjoni delikata tal-adozz­joni minn persuni LGBT irridu nkunu realistiċi dwarha. Personalment nif­hem li persuni LGBT se jħos­suhom urtati li ma jkunux jistgħu jrabbu t-tfal għax wara kollox huma nies bħal­na iżda min-naħa l-oħra tif­hem li jekk it-tfal se jgħixu ma' persuni LGBT jista' ma jkollhomx trobbija normali bħalma jkollhom minn fa­milja etorosesswali kif ħalaq­na l-Bambin. Sinċerament bejn naqbel u bejn ma naq­bilx li persuni LGBT jkoll­hom dan id-dritt, skont Gabi Calleja persuni LGBT attwal­ment għandhom dritt irabbu t-tfal għax il-liġi hekk qiegħ­da f'pajjiżna, il-possibbiltà li wieħed ikun ġenitur adottiv f'dan il-mument f'pajjiżna hu ristrett għall-koppji miż­żewġin u għal individwi ta' 'l fuq minn 30 sena mhux miżżewġin irrispettivament jekk ikunux omosesswali jew le. Studji li saru, fil-maġ­ġoranza tagħhom fl-Istati Uniti, jindikaw li l-perċen­twal ta' tfal 'gay' imrobbijin minn koppji tal-istess sess huwa l-istess għal dak ta' tfal imrobbijin minn koppji omosesswali. Dan juri li l-or­jen­tament sesswali ta' dak li jkun ma jiddependix mill-or­jentament sesswali tal-ġeni­turi. Xhieda ta' dan ukoll hu l-fatt li l-maġġoranza ta' per­suni 'gay' trabbew minn ġeni­turi eterosesswali u min­kejja dan l-orjentazzjoni sess­wali tagħhom baqgħet dik omosesswali. Min-naħa l-oħra rridu nifhmu wkoll il-frustrazzjoni tan-nies, fost­hom Dr Josie Muscat li ma jaqblux assolutament li per­suni LGBT qed jingħatalhom dan id-dritt. Hemm diversi raġunijiet li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq it-tfal. Immaġinaw tifel jew tifla jgħixu ma' żewġt irġiel. L-omm dejjem hi vitali fil-familja iżda f'dan il-każ l-omm se tkun nieqsa. Jekk naraw sitwazzjoni fejn kopp­ja lesbjana rabbew it-tfal, dawn nistgħu ngħidu li se jkollhom l-istess problema bid-differenza li din id-darba se jkun hemm nieqes il-mis­sier. Illum il-ġurnata kważi kważi anke missier u omm qegħdin jispiċċaw u flokom qegħdin nużaw 'partners'. L-effett psikoloġiku fuq it-tfal jista' jkun wieħed dras­tiku meta dawn jgħixu ma' familja omosesswali, aktar u aktar meta l-maġġoranza tas-soċjetà hi etero­sess­wa­li.

Il-partiti politiċi x'qegħdin jagħmlu dwar din il-kwis­tjoni tant kontroversjali? In­ħoss li l-Partit Nazzjonalista baqa' konservattiv u kif jgħi­du bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti fil­waqt li l-Partit Laburista qie­għed jagħti aktar importanza lill-persuni LGBT billi jkun kemm jista' jkun progressiv. Saħansitra hemm l-LGBT Labour. Bla dubju mnalla kien il-Partit Laburista li ssal­vagwarda d-drittijiet tal-'gays' fis-snin 70 meta neħ­ħa l-omosesswalità minn reat kriminali... nistennew u naraw x'se jiġri fil-futur! Tislijiet!


1 comment:

  1. Peer reviewed scientific research shows that children of gay couples, whether adopted or biological, may indeed develop to be healthier than those in heterosexual families. These Studies have shown children of gay couples to be more accepting of others' differences, less prejudiced and better prepared for some of life's challenges. Science has shown no sign of maladjustment or disadvantage in same sex families.

    Should you be interested in specific references to studies, please let me know.

    Re article below; the terms "normali" when refering to str8 families and "kif halaqna l-Bambin" are misinformed, heterosexist and religiously biased : suggesting that gay families are neither normal and that they can not be validated without a belief in this "bambin" the author speaks of! Furthermore, the suggestion that gay parents "jistghu jhallu impatt negattiv fuq it-tfal" is prepostrous and misinformed at best. It is also highly offensive and devalues single parents, whom, again, have been shown to be able to raise healthy children under the right conditions. What is indeed important is that children, all children, should have role kodels of the either sex but this does not imply that these role models must be their parents!

    ReplyDelete