27.9.10 minn Kevin Mercieca, MOVE Studenti Progressivi
Bejn l-2007 sal-2009, in-numru ta' tfal adottati minn barra niżel bi 30%. Waqt li fl-2007 ġew adottati 64 tifel u tifla, fl-2008 dan l-ammont niżel għal 43, u sal-2009 kompla jinżel għal 34. Ir-raguni għal dan ma ġietx speċifikata. F'dawn it-tliet snin jidher ukoll li l-aktar pajjiż popolari mal-Maltin għall-adozzjoni kien ir-Russja, b'63% tat-tfal barranin jinġiebu minn dan il-pajjiż. Warajh kien hemm l-Etjopja b'21% u l-Pakistan b'6%. Għalkemm l-adozzjoni titqies bħala mod iżjed sħiħ kif it-tfal jiġu integrati f'familja, il-'fostering' joffri sostitut biex it-tfal ikunu jistgħu jesperjenzaw ambjent ta' familja – xi ħaġa li ma tantx tista' ssir faċilment f'orfanatrofju. |
Waqt il-programm "Sfera" tal-ġimgħa l-oħra qam argument jaħraq bejn Gabi Calleja l-kordinattriċi tal-Malta Gay Rights Movement u Dr Josie Muscat, tabib u politiku li sa ftit xhur ilu kellu wkoll il-partit tiegħu, l-Azzjoni Nazzjonali. Gabi Calleja hija favur li persuni LGBT( lesbjani, omoseswali, bis-sesswali u transesswali) jadottaw it-tfal filwaqt li Dr Muscat huwa kontra li persuni LGBT jkollhom dan id-dritt. Fi stat demokratiku kulħadd għandu dritt għal opinjoni u ħadd ma jista' jimponi liġijiet fuq ħaddieħor, iżda f'din il-kwistjoni delikata tal-adozzjoni minn persuni LGBT irridu nkunu realistiċi dwarha. Personalment nifhem li persuni LGBT se jħossuhom urtati li ma jkunux jistgħu jrabbu t-tfal għax wara kollox huma nies bħalna iżda min-naħa l-oħra tifhem li jekk it-tfal se jgħixu ma' persuni LGBT jista' ma jkollhomx trobbija normali bħalma jkollhom minn familja etorosesswali kif ħalaqna l-Bambin. Sinċerament bejn naqbel u bejn ma naqbilx li persuni LGBT jkollhom dan id-dritt, skont Gabi Calleja persuni LGBT attwalment għandhom dritt irabbu t-tfal għax il-liġi hekk qiegħda f'pajjiżna, il-possibbiltà li wieħed ikun ġenitur adottiv f'dan il-mument f'pajjiżna hu ristrett għall-koppji miżżewġin u għal individwi ta' 'l fuq minn 30 sena mhux miżżewġin irrispettivament jekk ikunux omosesswali jew le. Studji li saru, fil-maġġoranza tagħhom fl-Istati Uniti, jindikaw li l-perċentwal ta' tfal 'gay' imrobbijin minn koppji tal-istess sess huwa l-istess għal dak ta' tfal imrobbijin minn koppji omosesswali. Dan juri li l-orjentament sesswali ta' dak li jkun ma jiddependix mill-orjentament sesswali tal-ġenituri. Xhieda ta' dan ukoll hu l-fatt li l-maġġoranza ta' persuni 'gay' trabbew minn ġenituri eterosesswali u minkejja dan l-orjentazzjoni sesswali tagħhom baqgħet dik omosesswali. Min-naħa l-oħra rridu nifhmu wkoll il-frustrazzjoni tan-nies, fosthom Dr Josie Muscat li ma jaqblux assolutament li persuni LGBT qed jingħatalhom dan id-dritt. Hemm diversi raġunijiet li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq it-tfal. Immaġinaw tifel jew tifla jgħixu ma' żewġt irġiel. L-omm dejjem hi vitali fil-familja iżda f'dan il-każ l-omm se tkun nieqsa. Jekk naraw sitwazzjoni fejn koppja lesbjana rabbew it-tfal, dawn nistgħu ngħidu li se jkollhom l-istess problema bid-differenza li din id-darba se jkun hemm nieqes il-missier. Illum il-ġurnata kważi kważi anke missier u omm qegħdin jispiċċaw u flokom qegħdin nużaw 'partners'. L-effett psikoloġiku fuq it-tfal jista' jkun wieħed drastiku meta dawn jgħixu ma' familja omosesswali, aktar u aktar meta l-maġġoranza tas-soċjetà hi eterosesswali. |
Peer reviewed scientific research shows that children of gay couples, whether adopted or biological, may indeed develop to be healthier than those in heterosexual families. These Studies have shown children of gay couples to be more accepting of others' differences, less prejudiced and better prepared for some of life's challenges. Science has shown no sign of maladjustment or disadvantage in same sex families.
ReplyDeleteShould you be interested in specific references to studies, please let me know.
Re article below; the terms "normali" when refering to str8 families and "kif halaqna l-Bambin" are misinformed, heterosexist and religiously biased : suggesting that gay families are neither normal and that they can not be validated without a belief in this "bambin" the author speaks of! Furthermore, the suggestion that gay parents "jistghu jhallu impatt negattiv fuq it-tfal" is prepostrous and misinformed at best. It is also highly offensive and devalues single parents, whom, again, have been shown to be able to raise healthy children under the right conditions. What is indeed important is that children, all children, should have role kodels of the either sex but this does not imply that these role models must be their parents!