Saturday, 11 September 2010

L-Orizzont: Ġesù favur id-divorzju?!

31.8.10 minn Kevin Mercieca, Move Studenti Progressivi

Ftit tal-ġimgħat ilu għa­milt riċerka fuq diversi ġurnali lokali kif ukoll permezz ta' siti elettroniċi dwar persuna intelligenti ħaf­na, din il-persuna mhi ħadd ħlief Patri Mark Montebello. Nistqarr magħkom li jħaw­wadni ħafna b'dak li jgħid u ma naqbilx miegħu f'kollox, għaldaqstant ħassejtni tgħallimt ħafna minn dak li hu qal u nammira wkoll il-ku­raġġ li għandu dan il-bniedem. F'di­versi artikli u inter­visti hu jis­tqarr li l-Knisja f'Mal­ta mhux dej­jem tkun koerenti f'dak li tgħid u b'hekk jien nifhem li jara lill-Knisja wisq konservattiva. Dan kollu qed iwassal biex iż-żgħażagħ jitilfu totalment il-fiduċja fiha u fir-re­liġjon Nis­ra­nija għax iż-żgħa­żagħ jix­tiequ li l-Knisja tkun progressiva.

Personalment inħoss li ż-żgħa­żagħ qegħdin jitilfu l-fiduċja fil-Knisja u ma jmorrux quddies minħabba diversi fatturi mhux biss għax il-Knsija hija konservattiva. Naħseb ma jkunx sew li naq­bdu u niġġudikaw il-Knisja bl-addoċċ u nsejħula diżonesta però huwa fatt li l-Knisja kie­net u baqgħet konservattiva u tipp­rova tindaħal fi kwistjonijiet politiċi li tant qegħdin iħallu impatt negattiv fuqha u fuq dawk kollha li jif­formaw parti minnha. Il-Knisja qatt m'għand­ha tħalli l-politi­ka partiġġjana tkun parti mill-aġenda tagħha, aktar u aktar f'pajjiżna fejn il-partiġġ­janiżmu hu do­mi­nanti. Xi kultant tiġik il-kur­żità u tgħid – x'evidenza hemm li l-ġenna u l-infern verament jeżistu? Skont Patri Mark il-ġenna hija post fejn fiha ssib il-paċi f'qalbek filwaqt li l-infern huwa post ta' dwejjaq u jġiegħlek tħoss sens ta' apatija. Allura wie­ħed għan­du mnejn jistaqsi x'diffe­renza hemm eżatt bejn il-pur­ga­torju u l-infern? Din hi do­man­da riflessiva u taj­jeb nisimgħu l-opinjoni ta' min studja t-teo­loġija dwar dan.

Is-suġġett tal-LGBT f'Malta, huwa vitali li nagħtuh l-prijorità li tistħoqqlu u l-kwistjoni attwali tal-omosesswali u jekk jiġux aċċettati mill-Knisja. Jien naqbel per­fet­tament ma' Patri Mark meta kien tkellem waqt intervis­ta fuq it-televiżjoni, huwa veru li l-Knisja, l-omosesswali ma taċ­ċettahomx – daqs kemm hu min­nu li ma tridx tagħtihom dritt għaż-żwieġ u li jrabbu t-tfal. Patri Mark jemmen li Ġesù, l-omo­sess­wali jaċċetta­hom però ma jaċċettax li jkollhom x'jaq­smu sesswalment bejniethom, min jaf jekk Ġesù jaċċettax li jrabbu t-tfal jew le?

L-istatistika turi li l-aktar każi ta' pedofelija jsiru fi ħdan il-fa­milja, f'dan il-kuntest tajjeb li wieħed isemmi l-estremiżmu. L-estremiżmu jfisser li ma nib­qgħux nirraġunaw anzi nibdew nase­ġeraw l-affarijiet. Il-problema f'Malta hi li hawn wisq estremiżmu fost il-Maltin u l-vera abbuż li qed isir mhux qegħdin ngħarfuh. Il-kwistjoni taħraq tad-divor­zju, Patri Mark ukoll kien kiteb diversi artikli dwar­ha. Hu sa­ħaq li kulħadd għan­du jkun liberu li jagħżel dak li jrid u l-Knisja m'għand­hiex timponi fuqna dak li nagħż­lu jew ma nagħżlux. Kompla billi qal li hu favur iż-żwieġ ċivili u jaqbel ukoll mad-divorzju – huwa jgħid li Ġesù kien favur id-divorzju f'każ ta' adulterju. Allura ngħid jien jekk Ġesù huwa favur id-divor­zju, għaliex il-Knisja u d-Djo­ċesi huma kontra d-divorzju? Il-Knisja f'paj­jiż­na qiegħ­da tkun eżemplari fid-deċiżjo­ni­jiet li tagħmel u li timponi fuqna ż-żgħażagħ?

Xi kultant bħala żagħżugħ inħoss­ni ngħix ħajja ta' pa­ga­niżmu fejn qed niġi 'brainwashed' b'dak li qiegħda tgħid il-Knisja filwaqt li bejn dak li tgħid il-Knisja u dak li hemm miktub fil-Bibbja hemm ba­ħar jaqsam! Mhux ta' b'xejn li eluf ta' żgħażagħ ma jidħlux il-Knisja u jinsabu fi kriżi soċjo-reliġjuża.

Allura dak li jikteb Dun Anġ Seychell fuq il-ġurnal l-orizzont dwar id-divorzju huwa kollu gi­deb u manipulazzjoni? Uħud iħossu li l-Knisja tara so­luzzjoni fl-an­nullament taż-żwieġ iżda xorta fl-istess ilma se nibqgħu jekk nagħmlu hekk. L-argument prinċipali ta' Dun Anġ kien u għadu, li d-divorzju jwassal għal "mentalità divorzista".

F'każ li tidħol il-liġi tad-divorzju f'Malta jkun hawn żieda fiż-żwiġijiet li jitfarrku. Jista' jkun wara li taraw dan l-artiklu tgħidu – min qed jgħid il-verità Patri Mark jew il-Knis­ja (Dun Anġ)? Dik hi l-falza li huma suppost ħaġa waħda, iżda meta nid­ħlu fid-dettall naraw li hemm qasma totali… nħalli lilkom tirriflettu u tiġġudikaw dwar dan!

Ma xtaqtx nikteb dan l-artiklu fuq suġġett wieħed iżda kif rajtu ftaħt kwistjonijiet differenti.

1 comment:

  1. Jiena nemmen li l-knisja tindahal wisq -bejn il gzira zghira ta malta. Anke l-aktar pajjiz gol Brazil illi huwa l-kbar post Cattolici jaggettaw kopja GAYS - u malta daqxejn gzira zhira il-knisja tindahal wisq. Il-knisja tista biss taghmel opinioni BISS speccjalment fil hajja privata ta kull persuna. Veru illi go Malta iz-zazghah qieghdin jonqsqu illi imorru l-knisja.......go Malta qem wisq qassisien etc u hemm aktar bzonn illi dawn il-qassisien imorru barra mil pajjis u jghamlu xoghol fejn hekk hemm bzon mhemx alfejn kwantita ta qassisien go gzira zghira. Civil partnership and divorce are ALL indivisual private lives - u l-knisja ma ghandiex tintahal xejn ....... jiena kattoliku, malti,iddivursjat, ghandi ic-civil partnership ta l-ingilterra u nghix u gejt accetat as gay couple gol BRAZIL......... U JEKK JIEN NIXTIEQ NGHIX MALTA MAL GAY PARTNER MA NIGIEX ACCETTAT.... KEMM GHANDKHOM CUCCATI GO MALTA -FL-eWROPA BISS GHADKHOM SNIEN LURA ANKE MIL BRAZIL ETC.....

    ReplyDelete