http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=61682
5.4.10 minn Charlo Grima, Marsa
Sur Edituri,
F’dibattitu bl-isem ta’ “Move to the Closet” b’liema tema kie net dwar id-drittijiet tal-persuni ‘gay’ u d-diskriminazzjoni li dawn isofru, imtella’ mill-għaqda studenteska MO VE nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2010 fl-Università ta’ Malta. Dan l-avveniment kien miftuħ għall-istudenti universiarji kollha u li għaliha attendew numru sostanzjali.
Matul dan id-dibattitu żewġ kelliema li kienu mistednin għal din id-diskussjoni minflok żammew mal-linja dwar is-suġġett li kien fuq il-mejda tad-diskussjoni, spiċċaw tkellmu po litikament, waqt li rredikolaw il-mod kif qiegħed iħaddan il-Partit Laburista (PL), lill-grupp LGBT Labour fit-tmexxija tiegħu.
Dan għax ir-rappreżentant tal-LGBT Labour saħaq li dan il-grupp huwa leħen dirett tal-komunità LGBT fi ħdan il-PL u li se jkun qiegħed jaħdem favur drittijiet li għandu jkollhom il-persuni ‘gay’ biex ikunu bħal kull ċittadin Ewropew ieħor. L-istess kelliem saħaq li għalkemm l-ideat li se jkun qiegħed joħroġ bihom l-istess grupp forsi jistgħu jkunu differenti minn dawk tal-Partit, se tkun fid-diskrezzjoni tal-PL liema politika se jagħżel li jaddotta.
Kien proprju hawn li pre żen ta tur ta’ TVM, li kien mistieden għal dan id-dibattitu, li qal fil-pront li kien xeba’ jisma’ dwar kemm se jdumu jinkitbu rappor ti u li huwa rrabjat għal mod kif qed jimxi bil-politika tiegħu l-PL. Barra minn hekk żied jgħid li ħadd mhu qiegħed jagħti garanzija ta’ x’se jiġri jekk jitla’ fil-Gvern l-istess partit. Qal ukoll li l-PL qiegħed juri li huwa l-partit tax-xellug bil-mod ta’ kif qiegħed imexxi.
Għalkemm ir-rappreżentant tal-MGRM sostna li mill-Partit Nazzjonalista ma kien hemm l-ebda ċaqliq dwar żwieġ bejn l-omosesswali, deher ovvju li għal parti sostanzjali tad-diskussjoni, bħal preżentatur tal-PBS, ipprova jqanqal politikament lill-istudenti preżenti, min flok ħallew id-diskussjoni tiżvolġi dwar dak li tabilħaqq għandu x’jaqsam mal-jeddijiet li għandu jkollhom dawn il-persuni u għaliex għad hemm daqshekk diskriminazzjoni. Ir-rappreżentant tal-MGRM neħ ħa, fi kliemu stess, il-kappell ta’ dak li kien qiegħed jirrapp re żen ta, u libes il-kappell ta’ kunsillier tal-Partit Nazzjonalista.
Għal darb’oħra d-diskors reġa’ mar kontra l-PL meta dak li kien issa qiegħed jirrapp re żen ta lill-PN qal li meta l-PL ħareġ jgħid kontra dak li l-Prim Ministru qal dwar membri fil-kabinett omosesswali u li ma jħallihomx jikkontestaw għall-elezzjoni, kien hu stess li mar fuqu u qalu li huwa omosesswali u li Lawrence Gonzi ma qallu xejn. Il-preżentatur tal-PBS sostna miegħu li Lawrence Gonzi qal li min għandu problema bih innifsu bħala omosesswali ma jħallihx jikkontesta fejn verament Gonzi qal li hu jsib problema b’dawn it-tip ta’ nies speċjalment jekk dawn ikunu kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-kummenti bej niet hom komplew għaddejjin waqt li attakkaw kemm-il darba l-PL saħansitra wkoll għax il-PL fetaħ grupp għall-pesuni favur il-persuni ‘gay’ meta diġà kien hemm gruppi oħrajn. Kien hawn li r-rappreżentant wera li huwa Nazzjonalist u ma ħass l-ebda rimors jgħin lil dan il-grupp fi ħdan il-PL b’moviment progressiv u moderat.
Wara kollox kien il-PL li fis-sebgħinijiet neħħa d-diskriminazzjoni minn fuq persuni ‘gay’ fejn kien irreveda l-liġi kontrihom, u att sesswali bejniethom ma baqax aktar inkriminanti. Kien ukoll il-PL li beda jieħu interess biex iwassal id-drittijiet lil kull min hu ‘gay’. Meta min statistika tal-Parlament Ewro pew jidher biċ-ċar li l-MEPs Nazz jonalisti ma vvotawx darba favur id-drittijiet tal-persuni ‘gay’, meta l-voti kienu se jkunu kontra l-vjolenza u d-diskrimi nazzjoni fuq bażi ta’ sess, di ża bi lità jew twemmin.
Din id-diskussjoni falliet għax is-suġġett ma kienx indiriz zat u waqt li dawn il-persuni attakkaw f’diskorshom il-PL, ir-rappreżentant tal-LGBT Labour wera maturità politika fejn ma qagħadx jinħela fuq dan diskors politiku u mingħajr ma wassal l-ebda attakki politiċi lejn l-ebda partit. Fil-fatt qal li l-ħidma trid tkun lejn il-komunità LGBT eskluża minn kull partit politiku u minn kull orjentazzjoni.
Dan id-dibattitu kien wieħed ta’ diskriminazzjoni għall-istess komunità ‘gay’ għax ma ġewx diskussi d-drittijiet li għandhom ikollhom il-‘gays’, u għax kelliema fil-‘panel’ inqdew bis-suġġett biex jimbottaw l-aġenda politika tagħhom.
No comments:
Post a Comment