Friday, 9 April 2010

L-Orizzont: Il-Knisja kontra l-omosesswalità

9.4.10 minn Kevin Mercieca

Sa ftit snin ilu li kont tkun omosesswali kienet xi ħaġa tal-mistħija u li tmur kontra n-norma tas-soċjetà. Ftit ftit illum il-ġurnata din il-mentalità qiegħda tinbidel u qegħdin nitgħallmu nkunu tolleranti. Dan qiegħed jirriżulta biex aktar nies omoseswali qegħdin joħor ġu fil-beraħ fis-soċjetà. Barra minn hekk ma nistgħux ninsew dawk li huma bisesswali u tran­sesswali li dejjem qegħdin jiżdiedu fostna.

Grazzi għall-Perit Duminku Mintoff l-omosesswali bdew jiġu aktar aċċetati fis-soċjetà fis-snin 70. Illum qiegħed ikompli dak li wettaq il-Perit, il-Mexxej attwali Joseph Muscat.

Fid-diskors tiegħu Muscat, dejjem jagħ ti prominenza lilll-omosesswali u hu mhux talli jaċċettahom fis-soċjetà iżda aktar minn hekk jilqagħhom fil-partit progressiv li hu tagħna lkoll. Kif tafu ftit tax-xhur ilu kont ktibt dwar l-importanza ta’ psikologi fl-is kejjel. M’ilux tkellimt ma’ ġuvni li qiegħed jistudja l-Università ta’ Malta l-kors tal-liġi. Dan qal li kemm hu importanti li jkollok psikologu l-iskola li tista’ tiftaħ qalbek miegħu.

Bażikament dan spjegali li kellu marda, li diġà tkellimna dwarha bl-isem ta’ Ocd (Obsesive Com pulsive Disdorder), u spjegali l-biżgħa li kellu għax kien jaf li huwa omosesswali iżda beda jibża’ min-nies u minn dak li kien se jintqal dwaru wara li jsiru jafu ta’ liema orjentazzjoni sesswali kien.

Kien ilu għaddej b’din il-problema għal madwar ħames snin, iżda meta daħal l-Università sab il-kurraġġ li jitkellem ma’ psikologa u wara għaxar xhur ħareġ mill-problema li kellu. Dan juri li għal ħafna nies mhix faċli li jaċċettaw li huma omosesswali jew bisesswalil. Ninsab ċert li hawn mijiet oħrajn bħal dan il-ġuvni li forsi l-biża’ tagħhom qiegħda tbegħ e d hom milli jaċċettaw is-sitwazzjoni li qegħdin fiha.

Hawn li jien nikkundanna l-knisja konservattiva tagħ na. Qiegħed ngħid hekk għax il-Knisja sal-lum il-ġurnata ftit li xejn tinkludi l-omosesswali f’laqgħat reliġ jużi, semi nars u att ta’ attivitajiet oħrajn.

Ħafna drabi l-Knisja tinkludi lil morda, anzjani, adulti, tfal eċċ… iżda l-omoseswali dawk le. Qisu hemm xi ħaġa li qiegħda tbeżżagħhom milli jinkludhom mal-bqija tan-nies.

Fid-dawl ta’ dan kollu jien ma naqbilx ma’ Dr Chetcuti li kiteb dwar l-orjentazzjoni sesswali ta’ nies mejtin, fosthom Dun Ġorġ Preca u oħrajn. Sur Chetcuti b’liema dritt tiġi tak kuża lil xi ħadd mejjet li ma jistax iwieġbek lura?

Naħseb tixtieq tbigħ aktar kopji hux, hehe. Għaldaqstant jien naqbel mal-avukat, fejn għal kemm jgħid imxejna ħafna ’l quddiem bħala soċjetà fejn tidħol ugwaljanza lejn l-omoseswali xorta waħda l-Knisja għadha mhux qiegħda taċċettahom u tinkludihom biżżejjed. Fl-istess ħin li nikkritah fuq diversi punti li qajjem, nammira ħafna l-kuraġġ li kellu s-Sur Chetcuti għax mhix faċli li toħroġ l-affarijiet daqshekk fil-pubbliku… aktar u aktar meta nafu x’saħħa għandha l-Knisja f’pajjiżna. Jidher li l-ktieb ta’ Dr Chetcuti sejjer tajjeb fil-bejgħ, wara kollox hekk qaluli wħud mill-impjegati tal-istabbilimenti li jaħdmu fil-ħwienet tal-kotba.

Il-messaġġ tiegħi huwa li naċ ċettaw aktar nies li huma ta’ orjentazzjoni differenti minn tagħna, dejjem jekk huma jaċ ċettaw in-norma tas-soċjetà dinamika tal-lum. Fil-provvediment ta’ dan kollu l-knisja u d-djoċesi iktar milli joqogħdu jeskludu lil dawk li huma omosesswali jew transesswali, aħjar jaraw il-problemi interni tagħ hom fejn jidħol l-abbuż ta’ saċerdoti fuq minorenni!

F’artiklu li deher fuq gazzetta lokali, intqal li fl-aħħar 11–il sena 84 allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq tfal minn saċerdoti ġew irrappor tati f’Malta.

www.gurnalsfera.webs.com

gurnal_sfera@hotmail.com

No comments:

Post a Comment