L-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech qal li l-insara f’pajjiżna, flimkien ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba, għandhom joħolqu moviment li jimbotta l-konvinzjonijiet morali u reliġjużi tagħhom fil-ħajja pubblika biex “il-maġi” ta’ llum – fosthom il-politiċi, il-leġislaturi, in-nies tal-kultura u l-midja – jagħrfu jieħdu direzzjoni korretta u jekk ikun meħtieġ, jitbegħdu minn dawk “il-palazzi” moderni tat-tmexxija u tal-ġustizzja li f’xi waqtiet isiru jixbhu “il-palazz ta’ Erodi”. |
F’messaġġ li għamel waqt quddiesa pontifikali mexxa nhar il-Ħadd li għadda fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, f’Victoria, Għawdex, fl-okkażjoni tal-festa tal-Epifanija, l-Isqof Grech irrifera għall-fatt li f’Novembru li għadda, grupp ta’ Kattoliċi, Anglikani, Ortodossi u Evanġeliċi permezz tad-‘Dikjarazzjoni ta Manhattan’ sejħu lil dawk li għandhom kuxjenza Nisranija biex jingħaqdu flimkien u jwasslu lill-”Maġi” kontemporanji messaġġ dwar il-valur tal-ħajja, in-natura taż-żwieġ u l-libertà reliġjuża – deskritti minnu bħala tliet prinċipji fundamentali tal-ġustizzja u l-ġid komuni.
|
tell the bishiop whats imorral,a person lifing his life with the person he loves & having 1 partner or getting married to a femail partner & slepes around behind her back be it with a male or female or becoming a prest to look good in the public eye & abuses kids from the institutes & it with in his institutes that these actions took place .im beeing general in these coments cos not all preasts are the same
ReplyDeleteit is not religion that doesnt condone love between same sex partners but bigoted people
ReplyDelete