17.1.10 Minn Fr Colin Apap
Fr Colin,
• Bħalma taf ninsabu f’nofs battalja bejn it-tajjeb u l-ħażin. Jew inti ma’ naħa jew mal-oħra. Ma tistax tkun newtrali jew fin-nofs. Ma tistax tkun kif ngħidu “ne’ pesce ne’ carne”. Inti tappartjeni għall-Knisja Kattolika li bħalma taf minn dejjem kienet kontra l-omosesswali u tikkun danna hom. Inti taf li l-Kelma t’Alla stess tikkundanna lill-omo -sesswali għall-infern ta’ dejjem għax iridu jeqirdu bl-għemil ħażin tagħhom lill-umanità.
Jekk inħalluhom jirbħu nkunu qiegħdin norbtu ma’ għonqna u ma’ għonq uliedna l-pjaga tal-infertilità. Il-ġeneru uman jinqered. Imma anki l-Knisja Kattolika tinqered jekk inħallu hom jirbħu.
L-omosesswali huma s-saħta tal-umanità u inti bħala qassis trid tingħaqad magħna biex neqirdu din il-pesta ta’ mad warna.
Għadni qatt ma qrajt li widdibt lin-nies kontra l-omosesswali, allura nifhem li inti m’intix qassis tal-Knisja Kattolika?
Nittama li tippubblika din l-ittra u tweġibni.
Favur il-Knisja
L-injoranza hija l-ikbar dnub
• Din hija “hate mail” u nip preferi nistmaha talli hi ž nar miha fid-“dustbin”.
Kull min jagħwi lin-nies biex joħloq “moral panic” kontra ka tegorija partikolari ta’ nies f’mi noranzi jkun jikser il-liġi tal-paj jiż u għandu jkun ikkastigat.
Ittra bħal tiegħek tmur kontra l-verità, kontra d-dinjità tal-bnie dem, kontra kull valur nis rani li jiena u l-Knisja Kat tolika li nagħmel parti minnha ngħal lmu lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Mhux veru li l-Knisja hija kontra l-omosesswali.
Mhux veru li l-Iskrittura te ħod ha kontra l-omosesswali.
Mhux veru li t-tagħlim tal-Knisja ta’ Kristu jgħallem xi ħaġa kontra l-omosesswali.
Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali ta’ indi vidwu, razza, kulur tal-ġilda huma, u minn dejjem kienu, kontra t-tagħlim awtentiku tal-Knisja Kattolika.
Dan ma jfissirx li fil-Knisja Kattolika, bħal fis-soċjetà, ma ssibx nies bħalek li jaħsbu u jużaw il-Knisja Kattolika biex ikomplu jxerrdu l-mibegħda, id-diskriminazzjoni, il-biża’ kontra l-minoranzi! “Hate language” bħalma użajt inti għandha tit waqqaf...
Ippubblikajtlek l-ittra biex il-qarrejja tat-TORĊA jkunu dej jem iżjed konxji x’tip ta’ reliġjon hawn min jipproponi. Tagħrif żbaljat dwar il-Kelma t’Alla, dwar forom letterarji, interpre tazzjoni ta’ kulturi u kuntesti, u tagħrif ta’ kittieba u għal liema udjenza nkitbu u f’liema żmini jiet marbuta ma’ livell ta’ xjenza ta’ dak iż-żmien.
Imma l-preġudizzji, l-ideo -loġiji u l-mibegħda m’għand hom la limitu u l-anqas re - liġjon!
L-injoranza hija l-ikbar dnub.
...
[Dan l-artiklu fih iktar stejjer li mhumiex relatati ma' l-istorja ta'hawn fuq. Jekk trid taqrahom iklikkja hawn biex tara l-artiklu kollu.]
No comments:
Post a Comment