Għażiż Fr. Colin – Torca 26.10.08
Jiena omosesswali u Alla huwa l-ħajja tiegħi. Jiena ġuvni omosesswali ta’ 28 sena u ilni f’relazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin u ninsab kuntent ħafna. Jien kattoliku imma m’iniex prattikanti. Nemmen li kull ħaġa li tiġri f’ħajti jkun bagħatihieli Alla.
Kemm hemm żmien meta kont inħossni ‘l bogħod ħafna minn Alla, minħabba ċirkustanzi li naħseb kull wieħed u waħda minna ngħaddu minnhom. Kien hemm żmien li kont f’dipressjoni, imma sibt lil Kristu, li b’attenzjoni sema’ l-problemi li kont għaddej minnhom dak iż-żmien, u bis-saħħa tal-fiduċja li nibtet f’Alla rnexxieli negħleb il-problemi li kelli. Illum nitkellem kuljum ma’ Alla qisni qed nitkellem mal-akbar ħabib tiegħi u nħoss li jkun jismgħani kull ħin u kull moment.
Ma nistax nimmaġina kif jista’ jkollok paċi f’qalbek u paċi ma’ ta madwarek meta ma taħsibx ftit f’Alla li tant iħobbok.
Nixtieq ngħid lil kull ġuvni li bħali huwa omosesswali u jew ikun imwarrab mill-Knisja f’Malta jew sħabu fuq ix-xogħol jagħtuh 'hard time'.
Huwa Alla li tak il-ħajja, Alla li tak is-saħħa biex tkun tista’ taħdem biex tgħix ħajja komda. Alla li tak lill-familja tiegħek biex jisimgħuk u biex jipproteġuk minn kull ostaklu li jista’ jkollok f’ħajtek. Alla li tak il-moħħ biex tagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin u titgħallem tagħraf x’inhu tajjeb għalik. Alla li tak il-qalb biex tagħraf tħobb lil ta’ madwarek. Alla li tak is-sesswalita tiegħek biex tkun tista’ tesprimi imħabbtek lejn dik il-persuna li għad trid tħobb. Huwa Alla li ġabna omosesswali imma xorta nistgħu nħobbu lil xulxin u ħadd ma jista’ jiġġudikana għax magħmulin minnu b’reqqa kbira bħal kull speċi oħra li ħalaq huwa stess. Huwa Alla li tak il-ħajja tant sabiħa u prezzjuża u għalhekk għandek tgħixha bl-aħjar mod possibli. Imma huwa x-xitan li tefgħek f’dan il-labirint, li issa qed tħossok ma tistax toħroġ minnu u għamlek ilsir tiegħu, u dan kollu għax Alla ipprovdielek il-liberta’.
Imma tibżax għax Alla qed jistenniek biex tersaq lejh u lejn l-imħabba tiegħu, biex jurik it-triq u joħorġok minn dak il-labirint li dħalt fih. Huwa Alla li meta titbiegħed minnu u terġa’ tirrikorri għalih, issibu b’idejh it-tnejn miftuħin biex jerġa jilqgħek fi ħdanu. Għalhekk tibżax tersaq lejn Alla għax huwa qatt mhu se jwarrbek, ikunu x’ikunu l-iżbalji u n-nuqqasijiet li inti tkun wettaqt. Dak il-ġuvni qal: ‘irrid inkompli t-tgawdija li d-dinja toffrilek’. U jien ngħidlu t-tgawdija mhux id-dinja toffrihielek, imma Alla, joffrilek dik it-tgawdija li int tant mixtieq minnha.
Iltqajt ma Kristu
_______________________________________________

__________________________
Fr. Colin iwieġeb:
Alla Huwa Mħabba u għax Huwa Mħabba jaqsam mal-bniedem il-ħajja tiegħu fil-milja kollha tagħha. Hija r-rieda t’Alla li l-bnedmin jgħixu ħajjithom b’mod sħiħ skont iċ-ċirkostanzi u r-realtajiet li jkunu fihom. Mhux kulħadd jitwieled l-istess, jew bl-istess kundizzjonijiet ta’ ħajja. Lanqas nitwieldu bl-istess DNA li hija l-ktieb li fih mitub id-‘destin’ tagħna.
Alla ħalaq dak kollu li hu ħolqien, inkluż id-DNA individwali ta’ kull persuna. Kull persuna ġiet maħluqa minnu UNIKA. Ma kienx hawn, m’hawnx u ma jkunx hawn persuna oħra bħalek! Għax int uniku, xbieha t’Alla, għandek storja unika, passat, preżent u futur uniku. Alla ħalaq il-liġijiet tan-natura u ħalla l-bniedem ħieles li jagħmel l-għażliet tiegħu fi ħdan dawn il-liġijiet tan-natura. U f’dan il-kuntest uman insibu li n-natura toħloq persentaġġi ta’ nies b’orjentamenti sesswali differenti. F’kull popolazzjoni, matul is-sekli kollha, kullimkien, hemm għadd ta’ nies li huma eterosesswali, omosesswali, bisesswali eċċ. Mhumiex l-orjentamenti sesswali li nitwieldu bihom u li ħadd minna ma kien ikkonsultat minn ħadd jekk irriduhomx jew le, li jagħmlu ħajjitna “tajba” jew “ħażina”. Huma l-għażliet liberi li nagħmlu f’dawn l-orjentamenti – li ħafna drabi ma nistgħu nagħmlu xejn biex inbiddluhom – li juru xi tfisser konkretament l-imħabba lejH fl-oħrajn.
Kull bniedem huwa bniedem sesswali.
Kif ngħixu l-għażliet ta’ ħajjitna fl-espressjoni sesswali tagħna hija l-mera ta’ kemm qiegħdin nippruvaw ngħixu ħajjitna fil-milja kollha tagħha. M’hemm ebda aspett ta’ ħajjitna li nistgħu ninjorawh għax kollox, inkluż is-sesswalita’ tagħna, huwa rigal tal-imħabba Tiegħu.
Is-sesswalita’ tagħna, irrispettivament mill-orjentament li nitwieldu bih, hija fattur ieħor li rrid.u nitgħallmu nsibu l-bilanċ fiha. Mhu faċli għal ħadd. Imma ħadd mhu se jitlef ruħu għax is-sesswalita tiegħu hija attiva iktar jew inqas minn ħaddieħor. Kulħadd huwa responsabbli tiegħu nnifsu daqskemm huwa ħieles f’dak li jagħmel jew ma jagħmilx.
Kattoliku veru huwa kattoliku prattikanti. Kull imgħammed huwa msejjaħ biex jipprattika dak li jemmen. It-twemmin f’Alla huwa t-twemmin fil-bniedem.
Il-ħidma biex intejbu d-dinja madwarna hija l-prova li t-twemmin tagħna f’Alla mhuwiex xi ħaġa intelletwali ‘l bogħod mill-ħajja ta’ kuljum, imma l-mod konkret kif inħobbu lill-proxxmu tagħna li huwa l-espressjoni umana tal-Alla li ngħidu li nemmnu fih. ‘L Alla li nemmen fiH iħobb il-bniedem kif inhu, irrispettivament jekk hux omosesswali jew le!
Alla li nemmen fiH jgħid lill-bniedem:
“Jiena sejjaħtlek b’ismek, inti tiegħi… Inti prezzjuż f’għajnejja u jiena nonorak” (Isaija 43: 1, 4)
“Jiena d-dielja, intom il-friegħi…” (Ġw 15: 5)
“Ara, għandi ismek minqux fuq il-pala ta’ idejja!” (Is 49, 16)
L-ikbar skoperta li għamilt f’ħajti mhix tant li jiena nħobb lil Alla, imma li Alla jħobbni qabel ma jiena stess twelidt!!
Fr. Colin Apap
frcolin@global.net.mt
No comments:
Post a Comment