http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=7513
12.10.8; minn Marisa Xuereb, Malta Gay Rights Movement, 32 Triq il-Parrocca, Mosta
L-omelija li għamel l-Isqof t’Għawdex fl-aħħar ta’ Awwissu qajmet dibattitu jaħraq fuq din il-gazzetta dwar il-knisja kattolika u l-omosesswalità.
Sfortunatament il-pożizzjoni stinata u ostili tal-knisja fir-rigward tal-omosesswalità ftit li xejn tħalli lok għal dibattitu kostruttiv dwar kif tista’ tkun eliminata d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-persuni gay f’Malta u kif paj-jiżna jista’ jilħaq livell ta’ ċiviltà għoli fl-interess ta’ kulħadd.
Il-kwistjonijiet li għandna quddiemna huma ta’ natura soċjali, u għalkemm il-knisja – bħal kull entità oħra – għandha kull dritt li tgħid x’taħseb, m’hemmx lok għal diskussjoni ma’ min irid jimponi t-twemmin tiegħu fuq ħaddieħor.
Il-ħasra hi li fis-soċjetà tagħna għad hawn min jaħseb li għandu xi obbligu morali li jimponi t-twemmin tiegħu fuq ħaddieħor, bħal dik l-għalliema li kitbet lil din il-gazzetta li “l-omosesswalità għandha tit-ħalla għall-ġenb” (Elsie Car-uana, ‘L-omosesswali u d-dnub’, 07-09-2008). Wieħed jittama li dawk li qegħdin imexxu dan il-pajjiż m’humiex tal-istess fehma, għalkemm il-pass kajman li bih mexjin l-affarijiet fil-konfront tal-persuni gay iqanqal ċertu tħassib f’dan ir-rigward.
Iżda ta’ min wieħed jinnota b’sodisfazzjon li diversi setturi tal-midja Maltija, ewlenija fosthom din il-gazzetta, qegħdin jagħrfu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta’ diskussjoni mif-tuħa li tagħti spazju lill-minoranzi, u jwettqu dan b’impenn sħiħ lejn soċjetà aħjar.
Grazzi tal-impenn tagħkom.
No comments:
Post a Comment