11 ta’ Mejju 2008
Hemm min ukoll jishaq li l-omofobija mhix biss kwistjoni ta’ mibeghda lejn persuni b’orjentament omosesswali imma hi wkoll strategija dixxiplinarja mahsuba u mhaddma kontra tista’ tghid kull persuna biex ikun assigurat li dawn igibu ruhhom skond
Jekk wiehed kellu joqghod biss fuq ir-rizultati ta’ l-istharrig pubbliku jasal biex jghid li llum il-gurnata, l-omosesswalità hija aktar hielsa milli qatt kienet qabel. Hija prezenti u visibbli kullimkien: fit-triq, fil-gurnali, fuq it-televizjoni u anke fil-films. Suppost li hija wkoll accettata kompletament, jekk wiehed jiehu kont ta’ l-izvilupp legislattiv li sehh f’hafna pajjizi, inkluz wkoll ir-rikonoxximent ta’ koppji ta’ l-istess sess. Izda, certament, jonqos x’isir biex tkompli tinbidel l-opinjoni pubblika bil-ghan li jitnehhew darba ghal dejjem il-fdalijiet tad-diskriminazzjoni.
Imma, ghall-osservatur aktar attent, is-sitwazzjoni globali hija hafna differenti minnhekk. Ta’ min jghid li s-seklu ghoxrin kien bla ebda dubju ta’ xejn l-aktar perjodu vjolenti fl-istorja: deportazzjoni ghal kampijiet ta’ koncentrament taht ir-regim Nazista; il-gulags Sovjetici, rikatt u persekuzzjoni fl-Istati Uniti fl-era McCarthy, ecc. Ovvjament ikun hemm min jghid li dak iz-zmien ghadda u spicca. Izda, fil-verità, anke llum il-kundizzjonijiet li fihom iridu jghixu persuni b’orjentazzjoni omosesswali jibqghu xejn favorevoli.
Biex ikollna perspettiva cara ta’ l-omofobija bizzejjed naghtu daqqa t’ghajn lejn l-istatistika. L-omosesswalità ghadha tigi diskriminata kullimkien: f’mill-inqas 75 pajjiz, atti omosesswali huma projbiti bil-ligi (fl-Algerija, fis-Senegal, fil-Kamerun, fl-Etijopja, fil-Libanu, fil-gordan, fil-Kuwajt, f’Puerto Rico, fin-Nikaragwa, fil-Bosnija......); f’hafna pajjizi l-piena tista’ taqbez l-ghaxar snin prigunerija (fin-Nigerja, fil-Libja, fis-Sirja, fl-Indja, fil-Malasja, fil-gamajka......); gieli l-ligi tistabilixxi wkoll l-ghomor il-habs (fil-Gujana, fl-Uganda......); u f’madwar tuzzana pajjizi ohra, tista’ wkoll tkun applikata l-piena kapitali (fl-Alfganistan, fl-Iran, fis-Sawdi Gharabja......). Fl-Afrika kien hemm sahansitra presidenti li haduha fuq spalliethom biex b’mod brutali jikkumbattu personalment din “il-flaggellazzjoni” li huma jqiesuha li tmur “kontra l-interessi Afrikani”.
Izda anke f’pajjizi ohrajn fejn l-omosesswalità m’ghadhiex ikkunsidrata bhala reat kriminali, l-persekuzzjonijiet immultiplikaw. Fil-Brazil, per ezempju, skwadri tal-mewt u skin heads xerrdu t-terrur: bejn l-1980 u l-2000 gew irrapportati ufficjalment 1,960 delitt omofobiku. Kollox juri li f’hafna pajjizi deskritti bhala civili u demokratici, l-omofobija ghadha tgawdi gheruq hafna aktar sodi milli wiehed jahseb jew jimmagina.
Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa difficli li tahseb li “t-tolleranza” qieghda twarrad. Ghall-kuntrarju, f’hafna mill-pajjizi imsemmija, l-omofobija llum tidher aktar vjolenti milli qatt kienet qabel. It-tendenza, ghalhekk, mhix lejn titjib generali, ... ghall-kuntrarju. Sfortunatament, anke f’pajjizna, l-omofobija sabet art ghammiela, ghalkemm illum il-gurnata forsi naqset xi ftit. Izda, anke jekk kollox isir b’mod sottili jew ma tkunx irraportata ufficjalment jew aghar
Fortunatament, l-omofobija mhux dejjem twassal ghall-qtil fiziku ta’ dak li jkun ghalkemm xorta wahda l-effetti li thalli huma mill-aktar negattivi, jekk mhux xokkanti. Huma eluf ta’ kazi li jigru ta’ kuljum madwar id-dinja fejn il-vittmi jigu suggetti ghal vjolenza verbali, psikologika u fizika sempliciment minhabba s-sesswalità taghhom, kemm jekk din tkun reali u kemm jekk tkun sempliciment percezzjoni. U kif ghidna, anke f’pajjizna m’ghandniex inserrhu rasna mill-impatt ta’ l-omofobija fis-socjetà taghna, ghax minhabba n-natura taghhom, il-parti l-kbira tal-kazi la jigu rrapportati u lanqas innotati.
Dan is-silenzju fost u bejn komunitajiet omosesswali u eterosesswali ssahhah l-idea ta’ assoluzzjoni: f’dik li l-eterosesswali huma dejjem tajbin u sew, u dawk li jiddevjaw mil-linja d-dritta m’humiex fis-sewwa, huma immorali, hziena u difettuzi; u ghax huma hekk m’ghandux ikollhom vuci, isiru invisibbli, cittadini tat-tieni klassi hdejn il-maggoranza li huma eterosesswali. Biex nghidu hekk, in-normi jaghtu z-zejt lill-makkinarju socjali: ghax huma differenti min-norma tas-socjetà taghna, l-omosesswali aktar iva milli le jigu trattati b’mod differenti.
L-omofobija hija haga mill-aktar kerha, tigi
Il-hsieb omofobiku huwa mifrux u ghandu gheruq fondi fil-mohh. Hemm min jinsisti li t-taghlim tar-religjon u l-promozzjoni attiva fl-iskejjel ta’ l-istil ta’ hajja eterosesswali bhala li huwa moralment accettat, huma n-normi dominanti u prominenti fl-edukazzjoni tat-tfal kollha taghna. Izda ftit jew xejn ikun mghallem jew spjegat dwar stili ta’ hajja differenti u alternattivi. Ma nafx kemm huwa possibli li wiehed jghallem lill-istudenti taghna jew jikteb fil-kotba skolastici li m’hemm xejn hazin li wiehed ikollu orjentazzjoni omosesswali u li dan ghandu drittijiet u dinjità umana daqs l-bqija, li jidhol f’relazzjoni ta’ imhabba anke jekk dan ikun ma’ persuna ta’ l-istess sess tieghu.
In-nuqqas tat-taghlim dwar din il-verità tal-hajja wassal u qed ikompli jizra f’mohh studenti zghazagh konflitti sesswali, konfuzjoni u aljenazzjoni bi ftit jew xejn access ghal facilitajiet ta’ appogg u ghajnuna li tassew jghinu lil dak li jkun. It-tghajjir kontinwu dispregjattiv, il-bullying u imgieba omofobika fil-klassijiet, fil-btiehi ta’ l-iskejjel u f’centri fejn jiltaqghu z-zghazagh huma ferm komuni.
U meta dawk li suppost huma responsabbli jonqsu milli kmieni kemm jista’ jkun jiehdu l-passi mehtiega biex affarijiet bhal dawn ma jsehhux fl-iskejjel taghna, ikunu qeghdin jghinu biex ikun hemm min jahseb li huwa liberu u ghandu kull dritt li jabbuza verbalment, li jdahhak b’persuni omosesswali u li dawn ghandhom ikunu emarginati mill-bqija tas-socjetà. Dan meta nafu lkoll li l-edukazzjoni hija c-cavetta u l-ghodda li tghin biex ikun hawn bidla fl-attitudnijiet kulturali popolari u n-nuqqas tat-taghlim fattwali dwar l-omosesswalità fl-edukazzjoni sesswali f’pajjizna tista’ titqies bhala nuqqas fl-istrategija tal-gvern li jghin biex l-omofobija tkun kumbattuta.
Mil-lat legislattiv ma nistghux nghidu li pajjizna ma ghamilx passi ‘l quddiem. Kien Gvern Laburista li sa
Izda minkejja dan kollu, issa li ahna membri shah fi hdan l-Unjoni Ewropea, pajjizna ghadu ferm ‘il boghod milli jilhaq l-aspettattivi kif pronunzjati fir-rizoluzzjoni dwar “L-Omofobija fl-Ewropa” approvata mill-Parlament Ewropew f’Jannar tas-sena 2006 fi Strasburgu. Permezz ta’ din ir-rizoluzzjoni, il-Parlament Ewropew mhux biss ikkundanna bil-qawwa kollha kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq il-bazi ta’ orjentazzjoni sesswali, imma mar hafna aktar ‘il boghod
Biha, l-istati membri kollha kienu msejjhin fost ohrajn li jassiguraw li persuni LGBT ghandhom ikunu protetti
Il-Parlament Ewropew heggeg ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex
Fost dawn, l-istati membri kienu mheggin jaghmlu l-emendi legislattivi necessarji biex itemmu darba ghal dejjem id-diskriminazzjoni li jhabbtu wicchom maghha koppji ta’ l-istess sess fil-qasam tal-wirt, arrangamenti dwar proprjetà, assikurazzjoni, pensjonijiet, taxxi, sigurtà socjali, ecc. Ta’ min jghid li dwar dan l-ahhar punt, fil-jiem li ghaddew kien hemm decizjoni mill-aktar importanti mehuda mill-Qorti Ewropea tal-gustizzja. Ghal hafna koppji omosesswali, din id-decizjoni kienet bhal xi haga mhux mistennija li waqghet mis-sema.
U la qeghdin insemmu s-sema, nistghu nghidu li sa
Il-Knisja Kattolika Rumana, b’mod specjali, ghadha ssostni b’certa qawwa l-pozizzjoni rigida taghha minkejja li matul dawn l-ahhar 35 sena kienu hafna l-iskulari u t-teologi li ezaminaw u sfidaw b’mod apert l-attitudnijiet ufficjali tradizzjonali taghha lejn l-omosesswalità. Il-konkluzjonijiet ta’ dawn il-persuni struwiti, li huma stess spiccaw iccensurati u mmutati, juru b’mod konvincenti li l-Bibbja ma tikkundannax l-omosesswalità, u li jichdu l-argumenti kollha tradizzjonali li jingiebu ghall-kundanna ta’ l-omosesswalità fl-Iskrittura, fit-tradizzjoni u fil-filosofija.
Dawn l-istudjuzi jishqu li l-pozizzjonijiet mehudin minnhom huma appoggjati
L-istudji li saru matul dawn l-ahhar snin jopponu l-ewwel u qabel kollox l-hsieb li Alla kellu l-intenzjoni li l-bnedmin kollha jkunu eterosesswali, u li ghalhekk, l-omosesswalità tirrapprezenta devjazzjoni mill-pjan divin ta’ Alla. L-istess studji u r-ricerki intensivi li saru juru li m’hemm l-ebda kundanna cara fl-Iskrittura kontra relazzjonijiet ta’ imhabba bejn persuni omosesswali. gie spjegat ukoll li .... “Orjentazzjoni omosesswali m’ghandha necessarjament l-ebda konnessjoni mad-dnub, mal-mard, jew mal-falliment; anzi hija rigal
Tezi ohra li hargu biha dawn l-iskulari u teologi hija li l-omosesswali, aktar milli huma ta’ tfixkil jew theddida ghall-valuri tas-socjetà u l-familja, kif jassumu konservattivi u politici tal-lemin, ghandhom doni u kwalitajiet u kontribuzzjoni pozittiva x’jaghtu ghall-izvilupp tas-socjetà bhala parti mill-pjan kreattiv ta’ Alla,. “Tassew, jekk n-nisa lesbjani u l-irgiel gay kellhom jisparixxu, l-izvilupp akbar tas-socjetà lejn aktar umanizmu jigi serjament ipperikolat”, huma jghidu.
Issir ukoll insistenza fuq l-argument li l-imhabba bejn zewg lesbjani jew irgiel gay, fejn wiehed jassumi hija imhabba umana u kostruttiva, m’hijiex dnub .... anzi tista’ tkun imhabba sagra, li twassal ghall-prezenza ta’ Alla fil-komunità umana b’mod effettiv daqs l-imhabba eterosesswali. Wara kollox kull persuna umana ghandha d-dritt moghti lilha
Teologu Kattoliku li huwa wkoll psikoterapista jikkritika l-awtoritajiet tal-Vatikan u jghid li dawn ghamlu pass lura u mhux ‘il quddiem meta sahqu li l-orjentazzjoni omosesswali ma kienetx kundizzjoni naturali izda tirrapprezenta ‘dizordni oggettiva” u li kienet “orjentazzjoni ghall-hazen”. Jghid ukoll li billi hafna mill-persuni gay jesperjenzaw l-orjentament sesswali taghhom bhala parti mill-holqien, jekk jaccettaw dan it-taghlim tal-Knisja, bilfors li jaraw lil Alla bhala li b’mod sadist halaqhom b’orjentament intrinsikament ta’ hazen. “Nahseb li hafna huma dawk il-persuni gay li jippreferu li jharsu lejn it-taghlim tal-Knisja bhala zbaljat milli jemmnu li Alla hu sadist”. Jintqal li dawn il-pozizzjonijiet mehudin mill-awtoritajiet fil-kuriduri tal-poter tal-Vatikan bilfors li jikkawzaw hsara enormi f’mohh zghazagh Kattolici li huma gay, apparti li jipprovokaw il-vjolenza kontra kull min huwa omosesswali.
Din il-harsa hafifa li tajna turina b’mod l-aktar car li s-socjetà tissegrega minflok li tintegra lill-persuni omosesswali u dan minhabba l-biza’ mizrugha u kkultivata
Minkejja kollox, l-omofobija ghadha taghmel parti integrali fis-socjetà taghna, mghejjuna u mharsa minn dawk li jinsabu fil-poter, li bl-azzjonijiet jew bin-nuqqas li jiehdu azzjoni, joppressaw u jzommu lura lill-persuni omosesswali, waqt li jzommu lill-persuni eterosesswali, kif nghidu bl-Ingliz, ‘straight’, billi jinkoraggixxu individwi biex ikomplu juzaw lill-omosesswali bhala l-’punch bags’ tas-socjetà jew li bl-ebda mod ma jirrikonoxxu l-ezistenza taghhom.
..... Issa hu l-mument!
Il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, ghar-rikonoxximent internazzjonali ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali (LGBT), se terga’ tkun imfakkra nhar is-Sibt, 17 ta’ Mejju, f’aktar
Din id-data ntghazlet minhabba li kien fis-17 ta’ Mejju tas-sena 1990 meta l-Assemblea generali ta’ l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha nehhiet l-omosesswalità mil-lista ta’ dizordnijiet mentali. Din id-decizjoni tal-WHO gabet fi tmiemhom aktar
Gruppi LGBT madwar id-dinja qed jahdmu bis-shih mal-fundatur ta’ din il-kampanja - Louis George Tin - biex il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija jitnizzel fil-kalendarju nazzjonali ta’ kemm jista’ jkun pajjizi u, eventwalment, f’dak internazzjonali. Din il-gurnata hija appoggjata
Spiss tisma’ lil min jghid li l-persuni LGBT f’Malta qatt ma kienu liberi li jghixu hajjithom fil-milja kollha taghha daqs illum. Facli tasal ghal din il-konkluzjoni jekk tilludi ruhek li prezenza aktar vizibli fil-pubbliku jew fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa tfisser li din is-sezzjoni tal-popolazzjoni llum hija ttrattata daqs cittadini li m’humiex LGBT. Dan m’hu veru xejn!
Huwa fatt maghruf li persuni LGBT ghadhom isofru
Il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija ghandu jservi bhala jum ta’ riflessjoni fost dawk kollha ta’ rieda tajba biex tkun ezaminata l-qaghda reali ta’ persuni LGBT. U, waqt li jiehdu kont tal-kisbiet li saru s’issa, jitheggu minnhom u jkabbru l-isforzi taghhom fit-taqbida kontinwa kontra kull vjolenza fizika, morali jew simbolika relatata ma’ orjentazzjoni sesswali, biex illum qabel ghada tassew tinkiseb l-ugwaljanza, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt, bejn ic-cittadini kollha, huma min huma u huma x’inhuma. Biex dan kollu jsehh, issa hu l-mument!
No comments:
Post a Comment