Minn
18 ta’ Mejju 2008
Madwar id-dinja l-bierah kien imfakkar il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, jum simboliku izda mill-aktar importanti ghal persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali. Aktar
Jum mahsub biex jispira, jifrex u jsahhah l-appogg u s-solidarjetà, kif ukoll jikkordina l-inizjattivi kollha mmirati li jwasslu ghall-ugwaljanza fil-fatt u fid-dritt bejn ic-cittadini ma’ l-erbat’irjieh tad-dinja. U fuq kollox, biex dan kollu isir fl-ambitu l-aktar wiesgha tad-difiza u l-harsien tad-drittijiet umani.
Matul il-gurnata tal-bierah, waqt li rriaffermaw l-oppozizzjoni taghhom ghal kull forma ta’ omofobija, persuni LGBT flimkien ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba, kellhom kull ragun li jhossuhom sodisfatti bis-success miksub matul dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin bis-sahha tal-hidma sfiqa mwettqa fi kwazi kull rokna tad-dinja bil-mira li jintlahaq dan l-objettiv. Izda kull persuna LGBT taf sew li minkejja kull progress li gie rregistrat, ghad fadal hafna x’isir. U ghalhekk bhala werrieta ta’ din it-tradizzjoni, iridu jkunu huma li jxammru l-kmiem u jkomplu jahdmu biex jirrinforzaw l-kisbiet diga’ mirbuha, jikkonsolidaw l-ghaqda ta’ bejniethom li maghha ggib is-sahha, waqt li jsahhu hidmiethom biex tassew igawdu l-milja tal-hajja u dan f’harsien shih tad-drittijiet umani, minghajr l-ebda ombra ta’ diskriminazzjoni kif ukoll b’rikonoxximent shih quddiem il-ligi.
Bhala ezempju, harsa hafifa lejn l-istorja turina kif fl-Ewropa tas-seklu tmintax u dsatax, imgieba sesswali bejn persuni ta’ l-istess sess jew il-fatt li persuna ma kienetx tilbes skond il-generu sesswali taghha, kien ikkunsidrat bhala socjalment mhux accettabbli u punibbli kriminalment, inkluza ukoll il-piena kapitali. Minhabba f’hekk, dak li jkun kien jghix din il-parti tal-hajja socjali tieghu fil-mohbi u b’mod sigriet. Minkejja dan, matul is-snin kienu saru diversi attentati ghal riforma fil-ligi dwar l-omosesswalità izda kien biss fl-1791, wara r-Rivoluzzjoni Franciza, li Franza saret l-ewwel nazzjon li nehha l-omosesswalità mil-lista tar-reati kriminali.
Kienu zmenijiet fejn, ferm izjed mil-lum, hafna kienu dawk li batew il-vjolenza u d-dizugwaljanza, u gieli wkoll it-tortura u anke l-mewt, minhabba dak li kienu, kif kienu jidhru jew minhabba lil min kienu jhobbu. Daqstant iehor kienu hafna dawk li, ghax kienu struwiti u kuraggjuzi li johorgu ghonqhom biex ma tkomplix din id-diskriminazzjoni sfaccata, malajr sabu lil min jaqtghalhom iz-zarda u ghaddewhom mill-istess matirju, ... jekk mhux aghar.
Izda b’xorti tajba, dawn l-atrocitajiet ma zammewx lil ohrajn milli jqacctu l-kappestru minn quddiem ghajnejhom u s-sarima minn ma’ halqhom, li kien hemm min azzarda jaghmlilhom, u komplew jissieltu kontra l-halel li sabu ma’ wicchom billi sfidaw it-taboos li kienu jdawwru l-omosesswalità ghax kienu jemmnu u jsostnu li l-orjentament sesswali hu aspett integrali ta’ dak li jkun u ghalhekk m’ghandu qatt iwassal ghal xi forma ta’ pregudizzju, diskriminazzjoni jew abbuz. Kienu generazzjonijiet successivi ta’ individwi ordinarji li ma riedux jghixu hajja ta’ misthija fejn jirrifjutaw lilhom infushom u jsiru invisibli, izda minflok sabu l-kuragg u d-determinazzjoni li jitkellmu mal-membri tal-familji taghhom, ma’ hbiebhom u fil-komunitajiet li kienu jaghmlu parti minnhom.
ĦIELSA U UGWALI
Kien bis-sahha ta’ dawn it-talin, meqjusin bhala martri tal-principji li fihom kienu jemmnu, li matul is-snin f’ghadd ta’ pajjizi sehhew riformi socjali li wasslu ghall-avvanz tad-drittijiet ta’ persuni omosesswali u dawk transesswali biex bil-mod il-mod bdew ikunu rikonoxxuti u accettati socjalment bid-dinjità li tixraq lil kull persuna umana. Dan kollu witta t-triq ghall-holqien ta’ movimenti li biz-zmien saru maghrufin bhala gruppi LGBT, li b’vuci wahda bdew jinsistu li l-ligijiet isiru aktar umani biex tassew jaghtu gharfien lid-drittijiet umani ta’ kulhadd minghajr l-ebda distinzjoni li minnha nfisha twassal ghad-dizugwaljanza, ghad-diskriminazzjoni u ghall-abbuzi.
“Il-bnedmin kollha huma mwieldin hielsa u ugwali fid-dinjità u fid-drittijiet”. Din l-ewwel sentenza li biha tibda d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani, adottata 60 sena ilu mill-Assemblea generali tal-gnus Maghquda, ghadha tigbor fil-qosor l-agenda politika tal-persuni LGBT.
Izda hafna mill-pajjizi ghadhom sal-lum ma jaccettawx zewg aspetti importanti ta’ din id-diversità umana: li hemm persuni li ghandhom orjentament sesswali differenti u li hemm min ma jiddentifikax ruhu mal-generu tas-sess tieghu. U ghax ikun hemm min jazzarda jkun hu nnifsu u jimxi fuq l-aktar impuls baziku tal-bniedem li jfittex l-affezzjoni, l-imhabba u l-intimità, jew ghax jiddefendu d-drittijiet ta’ haddiehor li jaghmlu l-istess, jipperikolaw li jisfghu vittmi tal-vjolenza, li jigu arrestati u diskriminati minhabba l-orjentament sesswali taghhom. Sfortunatament, wiehed ghadu jsib miljuni ta’ persuni mxerrdin f’kull parti tad-dinja li ghadhom ibatu l-oppressjoni, il-pregudizzju u d-diskriminazzjoni.
Waqt li d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani tghid car u tond li l-bnedmin kollha huma membri shah “tal-familja umana”, xorta ghadek issib gvernijiet li jattwaw ligijiet ripressivi u prattici li jcahhdu persuni LGBT mid-dinjità taghhom u mid-drittijiet umani l-aktar bazici. Persuni lesbjani u gay ghadhom jintefghu l-habs bis-sahha ta’ ligijiet li jissendikaw il-kamra tas-sodda u li jaghmlu reat kriminali minn semplici bewsa; ghadhom jigu ttorturati biex iqerru “atti devjanti“; stuprati biex jigu “kkurati”; maqtulin minn “skwadristi tal-mewt” f’socjetajiet li jharsu lejhom bhala xi haga li jistghu “jiddisponu” minnha; u ghadhom ukoll jinqatlu minn stati ghax ipinguhom bhala xi forma ta’ theddida ghas-socjetà.
Anke jekk ma mmorrux daqstant fl-estrem, ghad hawn pajjizi li jippretenduha bhala mill-aktar civilizzati, liberi u demokratici li ghadhom jiddiskriminaw kontra t-tgawdija ta’ drittijiet civili, politici, socjali u ekonomici. Bhala ezempju nistghu nsemmu kif persuni LGBT ghadhom f’hafna pajjizi mcahhdin mid-dritt li jsibu l-impjieg li jixirqilhom, li jinghataw saqaf fuq rashom kif ukoll ir-rikonoxximent taz-zwieg jew kull forma ohra ta’ ghaqda li jaghzlu li jkollhom mas-sieheb jew is-siehba taghhom. Prattikament dawn hafna drabi jigu mcahhdin milli jkollhom access ghal protezzjonijiet u rimedji li suppost kulhadd huwa intitolat ghalihom. Biex wiehed ma jsemmix ukoll l-indifferenza ufficjali li tista’ twassal biex delitti jew attakki omofobici ma jkunux investigati kif ghandhom ikunu.
INQAS
Izda l-ghala ghad hawn daqstant gvernijiet u individwi madwar id-dinja li ghadhom jirrezistu b’certa qawwa milli sahansitra jirrikonoxxu li persuni lesbjani u gay huma “indaqs fid-dinjità u d-drittijiet”? F’hafna partijiet tad-dinja ghad hawn hafna li jsostnu illi li tkun gay jew lesbjana hija xi haga hazina, ta’ barra
Meta lil persuni gay inezzghuhom mill-umanità taghhom u jemarginawhom bhala “l-ohrajn”, mexxejja bhal dan jafu li jkunu qeghdin jinstigaw klima fejn il-pubbliku jibda jigi jaqa’ u jqum mid-drittijiet umani ta’ persuni LGBT. Wara kollox, jekk dawn huma inqas
B’xorti tajba l-kongura tas-silenzju li kien idawwar dan il-ksur tad-drittijiet umani ta’ persuni lesbjani u gay, inkiser u l-ghajta favur id-drittijiet michudin ghal xejn, illum hija ferm aktar qawwija milli kienet f’dawn l-ahhar tletin sena. Intrebhu battalji legali u sehhew bidliet f’attitudnijiet kulturali. Izda tassew li post il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali lil persuni LGBT huwa fl-agenda tad-drittijiet umani universali minhabba n-natura u l-iskala ta’ l-abbuzi sofferti. Jekk nittoleraw ic-cahda tad-drittijiet ta’ kwalunkwe minoranza, inkunu qeghdin nimminaw l-qafas shih protettiv tad-drittijiet umani ghax inkunu qeghdin indghajfu pedament ewlieni - id-dinjità u d-drittijiet ugwali ghall-bnedmin kollha. U meta jkun hemm gvernijiet li jinjoraw r-responsabbiltà taghhom lejn xi settur wiehed tas-socjetà, allura id-drittijiet umani ta’ hadd ma jkunu certi. Kif qalet darba personalità maghrufa: “Jekk ma tridx tkun diskriminat, trid tiggieled kontra tipi ohrajn ta’ diskriminazzjoni”.
VJOLENZA PSIKOLOĠIKA
Ligijiet u prattici mmirati biex igieghlu individwi ibiddlu jew jichdu l-orjentament sesswali taghhom, jattakkaw aspett fil-gewwieni nett tal-personalità umana. Dawn jikkawzaw vjolenza psikologika, jekk mhux fizika, ghax jisfurzaw lil certi individwi jitilfu dik l-esperjenza li, ghal hafna, toffrilhom l-akbar potenzjal ghat-tgawdija ta’ hajjithom fil-milja taghha. U billi tirrelata ma’ materji l-aktar profondi tal-qalb, l-akbar xewqat tal-mohh u l-aktar espressjonijiet intimi tal-gisem, l-orjentazzjoni sesswali tmur fil-qalba ta’ x’ifisser li tkun uman. Ghalhekk, id-dritt li wiehed jiddetermina l-orjentament sesswali tieghu u d-dritt li jesprimih minghajr biza’ huma drittijiet umani fil-veru sens tal-kelma.
L-affermazzjoni tad-drittijiet ta’ persuni lesbjani u gay bhala drittijiet umani ma tfissirx talba ghal drittijiet godda jew “specjali” Tfisser li kulhadd, irrispettivament mill-orjentament sesswali tieghu, huwa ggarantit it-tgawdija shiha tad-drittijiet civili, politici, socjali, ekonomici u kulturali. Ghalhekk jaghmlu sens kbir id-drittijiet u l-libertajiet li gew iddikjarati bhala li ghandhom ikunu universalment garantiti lil persuni LGBT. Dawn id-drittijiet u libertajiet huma inkluzi f’“Id-Dikjarazzjoni ta’
Fost ohrajn dawn id-dikjarazzjonijiet jishqu ghall-waqfien ta’ l-ghoti tal-piena kapitali u ta’ kull tip ta’ vjolenza kontra persuni LGBT, kemm jekk bil-barka ta’ l-istat jew
Il-komunità dinjija hija wkoll mhegga li tiggarantixxi d-dritt ta’ persuni LGBT li jorganizzaw u jiehdu sehem f’manifestazzjonijiet pubblici, fosthom dawk maghrufin bhala ‘pride marches’, li jiktbu fil-gurnali u jirregistraw organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll li dawn id-drittijiet jkunu garantiti u ma jigux imfixklin minn awtoritajiet pubblici ostili. Hu propost ukoll li ghandha tinghata ghajnuna finanzjarja lil gruppi li jaghmlu kampanji favur id-drittijiet ta’ persuni LGBT specjalment f’dawk l-oqsma fejn il-hajja u l-harsien personali ta’ persuni ghadhom mhedda. Ghandhom jigu emendati jew imhassrin il-ligijiet kollha li ma jippermettux attività sesswali u konsenswali bejn persuni ta’ l-istess sess.
AZZJONIJIET POŻITTIVI
Barra
Il-Kummissarju Gholi tal-gnus Maghquda ghar-Refugjati ghandu jirrikonoxxi d-dritt ghal azilju lil dawk li jkunu qeghdin jaharbu
Il-familji huma ddikjarati bhala l-aktar parti importanti fil-hajja ta’ hafna nies. Ghalhekk qieghda ssir insistenza li z-zwigijiet ikunu miftuhin ghal koppji ta’ l-istess sess, il-koppji kollha mhux mizzewgin ghandhom ikollhom drittijiet simili ghat-tali unjoni kif ukoll li ghandu jkun assigurat access li wiehed ikun genitur, inkluz ukoll permezz ta’ adozzjonijiet
Hu sostnut li fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ghandu jkun hemm taghlim dwar id-drittijiet umani ta’ persuni LGBT waqt li l-iskejjel huma mehtiega jiehdu azzjoni kontra bullying omofobiku. Il-media hija msejjha tghin biex jitkissru l-isterotipi u biex juru lil persuni LGBT b’mod realistiku. Issir insistenza li ghandu jkun hemm access ghall-kura tas-sahha b’mod generali u ghall-htigijiet specjali ta’ persuni LGBT. Barra
Qieghda ssir ukoll sejha biex ikunu zviluppati programmi li permezz taghhom persuni LGBT ikollhom cansijiet gusti fix-xoghol u fin-negozju biex jassiguraw l-indipendenza ekonomika taghhom. Il-Gvernijiet huma mheggin jaghtu l-ezempju biex tkun eliminata kull diskriminazzjoni f’dan il-qasam u jaraw li jkun hemm l-ugwaljanza u l-harsien ta’ persuni LGBT fuq postijiet tax-xoghol fis-settur pubbliku.
Waqt li kien ikkundannat in-nuqqas tal-gnus Maghquda li tirrikonoxxi d-drittijiet ta’ persuni LGBT bhala drittijiet umani, din l-ghaqda tan-Nazzjonijiet Uniti kienet kisbet lura ftit mill-kredibiltà taghha meta l-Kumitat Ekonomiku u Socjali (ECOSOC) taghha kien ta lil grupp ta’ NGOs li jahdmu favur persuni LGBT status konsultattiv fejn jidhlu drittijiet umani bbazati fuq l-orjentament sesswali u l-identità ta’ generu sesswali.
Din il-harsa hafifa lejn il-verità tal-fatti taghti l-prova ta’ kemm minkejja li jinghad li l-omosesswalità qatt ma kienet hielsa daqs illum u li b’mod generali hija accettata u rikonoxxuta, tassew li ghad fadal hafna u hafna x’isir biex persuni LGBT jkunu assigurati mid-drittijiet fundamentali taghhom skond il-haqq u s-sewwa; u dan billi jinbidlu l-ligijiet, li tkun stabbilita u implimentata politika gdida, waqt li fl-istess hin jigu adattati prattici istituzzjonali. Huma individwali u gruppi LGBT li ghandhom ikunu fuq quddiemnett biex din il-bidla ssehh, waqt li jassiguraw l-appogg u l-impenn ta’ ohrajn f’din il-battalja li ghandhom quddiemhom. U int, li ghandek ghal qalbek il-harsien u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, fejn se tkun?
..... u f’Malta?
• Biex ikollna idea zghira tal-qaghda partikolari li tezisti fil-gzejjer Maltin fejn jidhlu drittijiet ta’ persuni LGBT, tajjeb li wiehed jaghti daqqa t’ghajn lejn il-petizzjoni li l-Malta Gay Rights Movement (MGRM) ressaq lill-partiti politici ewlenin li kkontestaw l-Elezzjonijiet generali ta’ Marzu li ghadda, bil-ghan ewlieni li fil-programmi elettorali mfasslin minnhom, jinkludu l-appogg u l-impenn taghhom b’rizq dawn id-drittijiet waqt li bil-fatti u mhux bil-paroli jassiguraw li jkunu mharsin.
Din il-petizzjoni, iffirmata
• Ir-rikonoxximent formali tad-drittijiet ta’ koppji ta’ l-istess sess.
• Li jidhol artiklu gdid fil-Kodici Kriminali li jkun jitratta l-vjolenza omofobika u transfobika, kif ukoll li titfassal strategija cara li tindirizza l-bullying omofobiku u transfobiku fl-iskejjel.
• Li tinghata protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni fi tqassim ta’ xoghol u servizzi fuq il-bazi esplicita ta’ orjentament sesswali, identità u espressjoni ta’ generu sesswali.
• L-estensjoni formali tal-hidma tal-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) biex tkun tapplika ghal kazi ta’ orjentament sesswali, identità u espressjoni ta’ generu sesswali.
• L-introduzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ l-ormoni ghal persuni transesswali bhala parti mis-servizzi tas-sahha pubblika.
Pass importanti fid-direzzjoni t-tajba kien il-fatt li d-drittijiet ta’ persuni LGBT kienu diskussi formalment ma’ l-erba’ partiti politici ewlenin li kkontestaw l-Elezzjonijiet generali. Fost dawn kien hemm il-Partit Nazzjonalista - li rega’ jinsab fil-gvern - li kien ippronunzja ruhu favur fost ohrajn li tkun estiza l-hidma tan-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) biex tara li ma jkunx hawn diskriminazzjoni, kif ukoll li fl-ahhar issir il-ligi dwar il-koabitazzjoni li ilha mweghda madwar 10 snin, u li d-drittijiet ta’ tali koabitazzjoni jkunu jinkludu wkoll dawk ta’ koppji ta’ l-istess sess.
Il-MGRM tat l-assigurazzjoni taghha li se tkun qed taghmel il-pressjoni kollha necessarja biex
No comments:
Post a Comment