(Ghad m'hemmx l-artiklu fuq www.it-torca.com s'issa)
27 ta’ April 2008
• Fuq l-agenda taghha meta ltaqghet fi Strasburgu fil-jiem li ghaddew ghas-Sessjoni tar-Rebbiegha, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa kellha quddiemha, fost ohrajn, zewg mozzjonijiet mill-aktar importanti. Wahda kienet tittratta l-kwistjoni ta’ l-abort u biex min jaghmlu ma jibqax jitqies bhala li wettaq reat kriminali; waqt li l-ohra kienet tappella lill-pajjizi membri biex iharsu lejn is-suwicidju fost iz-zghazagh bhala prijorità politika u bhala tali ghandhom jiehdu serje ta’ mizuri li jghinu biex ikun aktar facli li wiehed jinduna meta adoloxxent ikun f’riskju li jikkommetti suwicidju u ghaldaqstant ikun f’pozizzjoni ahjar li jipprevenih.
Kif ghidna, minhabba t-temi trattati fihom, iz-zewg mozzjonijiet kienu importanti. Ironikament, però, f’pajjizna ma nghatawx l-istess importanza. Waqt li dik biex l-abort ma jibqax ikun meqjus bhala reat kriminali serqet ix-xena u nghatat l-akbar pubblicità, tant li anke l-Isqfijiet Maltin hassew il-htiega li jsostnu l-pozizzjoni tal-Knisja dwar din il-materja, ghandna d-dubji taghna dwar kemm il-Maltin u l-Ghawdxin kienu konxji mir-rizoluzzjoni dwar is-suwicidju fost iz-zghazagh fl-Ewropa.
Dan l-istat ta’ fatt lilna jhassibna, ghax jekk tassew ahna poplu favur il-hajja, l-inqas li konna nistennew kien li z-zewg materji kellhom jinghataw l-istess importanza. Nisperaw f’Alla li dan ma kienx sempliciment rizultat tal-fatt li waqt li fuq il-kwistjoni ta’ l-abort f’pajjizna tezisti “pressjoni politika” li kapaci ssemma’ lehinha u, biex nghiduha b’mod simplistiku, kull ma trid hija “daqqa ta’ pinna”, il-kwistjoni tas-suwicidju hija ferm aktar kumplessa u min-natura taghha ma tantx issib lil min jinsisti u jigri wara l-politici biex l-awtoritajiet lokali bil-fatti u mhux aktar bil-paroli jiehdu dawk il-mizuri kollha necessarji biex tassew ma nibqghux nitilfu aktar zghazagh fil-fjur ta’ hajjithom u biex ma narawx aktar familji jitkissru bis-sofferenzi li bilfors igarrbu meta jesperjenzaw atti simili.
Atti ta’ disprament
Is-suwicidju mhux suggett li dwaru naqraw hafna fil-gurnali lokali ghax hafna huma tal-fehma li inqas ma titkellem dwaru, aktar ahjar. Sa certu punt naqblu ma’ din il-fehma izda ma naqblux li m’ghandhiex issir diskussjoni sana dwar x’mizuri jistghu jittiehdu biex innaqsu kemm nistghu l-ghadd ta’ dawn il-kazi ta’ disprament u naraw kif nistghu nghinu lit-tfal u liz-zghazagh taghna biex jifhmu dejjem aktar li l-hajja hija sabiha u li, jidhru difficli kemm jidhru difficli l-problemi li naraw quddiemna, dejjem u f’kull kaz hemm it-tama li dawn nghelbuhom u nghaddu minnhom.
Sa mill-1897, is-suwicidju ma baqax aktar assocjat esklussivament ma’ dizordnijiet mentali jew mard mentali izda jista’ jkun ukoll rizultat ta’ problemi socjali. Illum is-suwicidju huwa maghdud bhala wahda mill-problemi tas-sahha pubblika, wara l-mard serju, specjalment mill-1970 ‘il hawn. Fis-socjetajiet tal-punent, is-suwicidju joqtol aktar milli jmutu nies f’incidenti tat-traffiku. Jeffettwa wkoll lill-kategoriji kollha tas-socjetà, inkluz lit-tfal u z-zghazagh. Kwazi ma temminx kif zaghzugh jew zaghzugha tasal biex tkun trid tnehhi hajjitha meta din bil-kemm tkun bdiet. Izda l-fatti u l-figuri qeghdin dejjem juru li s-suwicidju fost iz-zghazagh qieghed iwassal ghal thassib nazzjonali f’diversi pajjizi. Fil-grupp ta’ l-età ta’ bejn 11 u 24 sena, zewg terzi
Is-suwicidju hafna drabi jinvolvi tahlita kumpless ta’ fatturi - dizordni mentali, faqar, abbuz mid-droga jew l-alkohol, izolament, niket meta jmutlek xi hadd ghaziz jew qrib tieghek, diffikultajiet f’relazzjonijiet u problemi fuq il-post tax-xoghol. hafna drabi s-socjetà torbot is-suwicidju mal-qghad, nuqqas ta’ sigurtà ekonomika u laxkar fir-rabta tal-familja. Ghal hafna adoloxxenti, is-suwicidju huwa marbut mal-falliment jew il-biza’ li wiehed ifalli fil-hajja. U f’hafna kazi wiehed jaghmel ukoll rabta ma’ l-uzu hazin tad-drogi u t-tehid eccessiv ta’ alkohol.
Ir-rata ta’ suwicidji fl-Ewropa hafna drabi hija aktar baxxa f’dawk il-pajjizi fejn ir-religjon tgawdi certa importanza - bhal per ezempju f’Malta, fl-Italja u fil-Polonja - kif ukoll f’pajjizi Musulmani u f’whud
It-twemmin f’xi religjon jista’ jiskansa s-suwicidju ghax dawk li jemmnu f’xi religjon jgharfu li tmiem il-hajja tal-bniedem hu biss f’idejn Alla. Barra
Illum aktar
Karba ta’ ugiegh
Huwa maghruf li hi haga normali li
Jirrizulta li s-suwicidju fost iz-zghazagh huwa assocjat ma’ firxa wiesgha ta’ fatturi. Apparti l-kwistjoni ta’ dizordnijiet mentali (ghalkemm x’aktarx f’dik l-età ma jkunx hemm sinjali ta’ xi mard mentali), xejriet fil-personalità ta’ dak li jkun bhal meta xi hadd ikun impulsiv jew perfezzjonist izzejjed, l-istorja tal-familja kif ukoll grajjiet fil-hajja bhal tkissir ta’ xi relazzjoni, il-bullying u t-telfa ta’ xi hadd ghaziz, jistghu jkunu sinifikanti ghaz-zaghzugh jew zaghzugha.
L-ambjent tal-familja ukoll jipprezenta certi riskji: bhall-mewt ta’ xi qarib, il-vjolenza fil-familja, l-abbuz sesswali jew il-fatt li xi membru iehor tal-familja jkun wettaq suwicidju. Il-fatt li wiehed ihossu wahdu, li ma jkollux xoghol, li forsi jkun daq jew jaf li jista’ jispicca l-habs, jew li jkun fl-iskala socjali l-aktar baxxa, wkoll jistghu jkunu fatturi determinanti ghax jistghu jnaqqsu l-istima ta’ dak li jkun u jwassluh biex jinghalaq fih innifsu f’dinja personalizzata ta’ solitudni u distakkata mill-bqija tas-socjetà.
Huwa relevanti li wiehed jinnota li bidliet fl-istrutturi socjali u dawk fi hdan il-familja, bhal per ezempju meta jinfirdu l-genituri, hafna drabi jcahhdu liz-zghazagh involuti
Ta’ thassib kbir huwa l-fatt li mgieba bhal din gieli tigi glorifikata u simplifikata
Ghandha tinghata attenzjoni specjali ghal zghazagh b’orjentazzjoni mhux konvenzjonali. F’kazi bhal dawn hemm riskju akbar ta’ krizi psikologika marbuta ma’ l-gharfien ta’ l-omosesswalità taghhom, ic-cahda mill-genituri taghhom u hbiebhom, it-tkasbir u mgieba omofobika. Li zaghzugh ikun irrifjutat jew skartat socjalment, specjalment meta jkun vittma ta’ l-omofobija, aktar mill-omosesswalità nnifisha jew l-accettazzjoni taghha, x’aktarx li hu l-fattur principali f’kazi ta’ suwicidju fost iz-zghazagh LGBT, partikularment dawk subien.
Diversi studji wrew li zghazagh f’din il-kategorija huma aktar vulnerabbli li jaqghu f’dipressjoni suwicidjali. Dawn iz-zghazagh jistghu jsibu ruhhom maqbudin bejn l-identità sesswali gdida taghhom u l-identità li kellhom - qabel ma gharfu l-veru orjentament sesswali taghhom - u li kienet maghrufa
Karba ghall-ghajnuna
Differenti mis-suwicidju, l-attentat ta’ suwicidju hafna drabi huwa meqjus bhala sejha ghall-ghajnuna jew rizultat ta’ izolament socjali akut jew ghax persuna tigi ttraskurata ghal kollox mill-adulti. hafna drabi, l-attentati ta’ suwicidju jizviluppaw
Ghalkemm m’hemmx statistika ta’ attentati ta’ suwicidju, bhala regola dan aktar hu frekwenti fost tfajliet zghazagh billi hu mahsub li guvintur zghazagh x’aktarx li juzaw metodi aktar vjolenti. Waqt li f’din il-kategoriji jezistu wkoll diversi fatturi li jwasslu ghal din is-sitwazzjoni, f’attentati ta’ suwicidju bhala karba ghall-ghajnuna hafna drabi jintuzaw medicinali b’tama li persuna torqod u tqum differenti.
F’kazi simili wiehed irid joqghod attent ghax ir-riskju jkun li l-attentat jirrepeti ruhu, anke jekk mhux b’mod immedjat izda aktar tard fil-hajja. Biex wiehed jghin kemm jista’ lil dawn l-adoloxxenti, huwa essenzjali li l-familji u l-ghalliema jaghtuhom l-appogg kollu li jinhtiegu u jghinuhom jibnu mill-gdid l-istima taghhom infushom billi jenfasizzaw u jsostnu l-hiliet u l-kapacitajiet taghhom
L-ewwel hidma ta’ prevenzjoni mis-suwicidju rat il-bidu taghha fir-Renju Unit fl-1952. hafna drabi biex wiehed jaghraf li jezisti r-riskju li dan isehh jehtieg li jidentifika vulnerabbiltà partikolari f’adoloxxent. Il-genituri, l-ghalliema, l-istudenti tal-klassi u dawk kollha f’kuntatt maghhom jridu jkunu alerti ghal sinjali indikattivi, specjalment meta jkunu jidhru sinjali ta’ griehi ta’ qtugh fuq il-persuna ta’ dak li jkun.
L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha temmen li biex wiehed jiskansa s-suwicidju fl-Ewropa, l-aktar necessarju huwa li jiddentifika dak il-mard mentali li jista’ jwassal persuna biex tesprimi d-disprament taghha fuqha nnifisha. certu mard, bhalma hi d-dipressjoni, tibda kmieni u din tiehu forma differenti fi tfajla ta’ 14-il sena
Huma hafna s-suggerimenti li jsiru bhala prevenzjoni b’mod li dak li jkun ma jsibhiex daqstant facli li jwettaq il-pjan tieghu. Issir ukoll insistenza li jkun provdut servizz li permezz tieghu, wiehed jisma’ jew ikollu kuntatt dirett ma’ min ikollu problemi psikologici. Il-prevenzjoni tinvolvi wkoll attivitajiet li jvarjaw
S’intendi, m’hemm l-ebda sostitut ghall-prevenzjoni socjali bhal dik prattikata fi hdan il-familja u c-cirku tal-hbieb taz-zaghzugh jew zaghzugha involuta. Il-fatt li persuna tkun mahbuba, rikonoxxuta, valutata u thoss li hi (jew hu) hija mifhmuha, accettata u integrata ma’ dawk li huma l-aktar importanti ghaliha, huwa ta’ l-akbar beneficcju biex izzomm il-bilanc taghha jew tieghu. Il-prijorità ghandha tkun f’li wiehed jisma’ u jzomm djalogu kontinwu mal-persuna koncernata. Il-genituri qatt m’ghandhom jaraw riferenzi
Skandlu u falliment
Fl-ahharnett, il-genituri ghandhom jirrealizzaw l-kobor tal-problema u jafdaw fit-tabib tal-familja, ghax li wiehed ihoss sens persistenti ta’ misthija hafna drabi jgieghel lill-genituri li jahbu jew jghattu l-attentati ta’ suwicidju mwettqin
Ir-rwol tal-genituri huwa mill-aktar importanti ghaz-zghazagh b’orjentament sesswali mhux konvenzjonali - bhalma huma persuni lesbjani, gay, bisesswali jew transesswali - ghax l-attitudni taghhom hija vitali biex tghin lil dawn iz-zghazagh jghixu u jaccettaw l-orjentament sesswali taghhom. Hu daqstant importanti nifhmu li skejjel, kulleggi u universitajiet ukoll ghandhom rwol x’jilghabu biex jinkoraggixxu persuni, kemm individwalment u anke gruppi, biex tkun accettata id-diversità fir-rigward tas-sesswalità kif ukoll f’rispett ta’ razza u dizabilità.
Fejn prevenzjoni socjali bhal din ma tkunx disponibbli fid-dar tal-familja, allura ghandhom ikunu involuti l-istrutturi socjali biex ikunu identifikati riskji ta’ suwicidju. Fost ohrajn huwa importanti li fl-iskejjel, is-social workers flimkien mal-professjonijiet medici jipprovdu l-ispazju ghal djalogu dwar problemi li jistghu jkissru liz-zghazagh u li jistghu wkoll iwassluhom sal-punt li jweggghu lilhom infushom. Strutturi bhal dawn jistghu joffru “widna” li tisma’ l-ansjetajiet li jkunu qeghdin ihossu zghazagh bi problemi bil-ghan li joffrulhom l-appogg u l-ghajnuna mehtiega.
Forma ohra ta’ prevenzjoni tista’ tkun l-edukazzjoni mmirata lejn iz-zghazagh infushom bil-ghan li dawn ikunu kapaci jirrikonoxxu s-sintomi ta’ mard mentali kemm fihom infushom kif ukoll f’ohrajn biex b’hekk ikunu f’qaghda li jirreaggixxu mill-ewwel b’mod korrett. Dan specjalment fid-dawl tal-fatt li hafna drabi, meta jsibu ruhhom f’xi inkwiet, iz-zghazagh ifittxu zghazagh bhalhom ghall-appogg.
Izda, fl-ahhar mill-ahhar, jibqa’ l-fatt sfortunat li gieli wiehed ikollu jhabbat wiccu mal-mewt li tahsad il-hajja fil-fjur taghha ta’ xi hadd ghaziz. Ma jistax ikun mod iehor hlief li l-genituri b’mod specjali jhossu sens ta’ vojt kbir u htija. Il-hajja tal-familja u ta’ dawk vicin tal-persuna involuta tinqaleb ta’ taht fuq u dawn jibdew jaghmlu hinijiet twal jahsbu jekk setghux jaghmlu xi haga biex jiskansaw dak li sar. Ghalhekk, minhabba n-natura tieghu, ghandha tinghata attenzjoni ghall-istat tal-mohh ta’ tfal u zghazagh li jkunu esperjenzaw xi suwicidju ta’ xi qarib jew habib.
Rapport imressaq quddiem l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa mill-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali, Sahha u Familja, jikkonkludi li t-telfa ta’ iben jew bint, tkun xi tkun il-kawza taghha, tbiddel kompletament il-hajja tal-genituri. F’kazi ta’ suwicidju, izda, il-genituri huma ffaccjati b’dak li kwazi ma jifilhux ghalih. Jaghmel riferenza ghal dak li sabet Konferenza li kienet saret dwar is-suggett fis-sena 2000 f’Nantes, li “s-suwicidju huwa dejjem falliment, il-falliment ta’ xi hadd li jkun ceda ghal kollox, il-falliment tal-familja u l-hbieb li ma raw xejn u ma semghu xejn, il-falliment ta’ socjetà li ma armatx lilha nfisha biex tghin, biex toffri appogg u ssalvahom”.
Fil-konkluzjoni tieghu, ir-rapport jghid ukoll li suwicidju ta’ zaghzugh jew zaghzugha huwa skandlu u trawma fuq is-socjetà kollha kemm hi ghax dan jirrifletti fuq il-membri kollha tal-familja inkwistjoni u tirrifletti relazzjonijiet bejn il-membri tas-socjetà kollha, izda fuq kollox dejjem tirrifletti fuq kwalunkwe socjetà demokratika li ssejjah lilha nfisha progressiva u ugwali.
Rizoluzzjoni
Problema li tinhtieg prijorità poltika
• Rizoluzzjoni approvata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa appellat lill-pajjizi membri biex jiehdu serje ta’ mizuri li jghinu biex ikunu identifikati r-riskji, kif ukoll ghall-prevenzjoni ta’ suwicidji fost tfal u zghazagh, inkluzi wkoll attentati ripetuti.
“Huwa krucjali li l-gvernijiet jirrikonoxxu s-suwicidju fost iz-zghazagh bhala problema kbira fil-qasam tas-sahha pubblika u ghandhom jimplimentaw policies tas-sahha u welfare biex jiskansaw atti ddisprati bhal dawn”, jghid Bernard Marquet, rapporteur tal-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali, Sahha u Familja, waqt li spjega kif ghexieren ta’ eluf ta’ zghazagh jikkommettu suwicidju kull sena.
Fir-rizoluzzjoni taghha, approvata unanimament, l-Assemblea qablet ukoll li ghandha tinghata importanza akbar f’dak li huwa uzu ta’ l-internet, kif ukoll li ghandhom jittiehdu aktar mizuri biex tkun miggielda l-omofobija u l-istigma marbuta ma’ kwalunkwe stil ta’ hajja sesswali. Dan sar billi rrizulta b’mod car li rata gholja hafna ta’ suwicidju huma fost zghazagh lesbjani, gay, bisesswali u transesswali (LGBT), mhux l-aktar minhabba l-orjentament sesswali jew l-identità tal-generu sesswali taghhom, izda ghax dawn sfaw stigmatizzati, emarginati u ddiskriminati minhabba l-orjentament sesswali taghhom.
Taghmel ukoll riferenza ghal fenomenu gdid li qed ikollu certa rabta mas-suwicidju - dak ta’ patti jew sfidi li jsiru bejn iz-zghazagh fejn is-suwicidju mhux qed ikun rizultat ta’ fatturi psikologici jew socjali izda jista’ jigi klassifikat f’kuntest ta’ “loghba”. Barra
Konsegwentement, biex ikunu identifikati persuni f’riskju u bhala parti mill-politika taghhom ta’ prevenzjoni ta’ kazi ta’ suwicidju, il-pajjizi membri kienu mheggin biex, fost ohrajn:
• Jindirizzaw din il-kwistjoni u jaghmluha prijorità politika;
• Jappoggjaw ricerka xjentifika li qieghda ssir fuq is-suggett u biex jippromwovu fosthom ricerka gdida;
• Jipprovdu edukazzjoni dwar is-sahha fl-iskejjel primarji u sekondarji imma wkoll li jiehdu azzjoni biex ma jkunx hemm vjolenza u bullying fl-iskejjel;
• Jipprovdu t-tahrig mehtieg lill-persuni responsabbli
• Jippromwovu policies ta’ appogg ghall-familja biex jghinu lill-familji jassiguraw li z-zghazagh adoloxxenti jintegraw b’success fis-socjetà;
• Li jwaqqfu jew jifthu centri fejn wiehed jista’ jmur biex isib l-ghajnuna jew jipprovdu dawk maghrufin bhala helplines, biex wiehed ikun f’qaghda ahjar li jisma’ l-krib ghall-ghajnuna gejjin mill-adoloxxenti u jiskansaw krizijiet milli jsehhu;
• Itejjbu l-gharfien mediku fost iz-zghazagh ghal dak li ghandu x’jaqsam mas-suwicidju u s-sintomi tieghu;
• Jiehdu l-passi mhtiega biex jassiguraw li l-adoloxxenti ma jcekknux is-suwicidju bhala xi haga li m’hi xejn specjali;
• Kemm jista’ jkun possibli, u b’mod partikolari f’postijiet pubblici, jirrestringu l-mezzi kollha li jistghu jwasslu ghas-suwicidju;
• Joholqu koperazzjoni akbar mal-media biex aktar nies isiru konxji mill-problema tas-suwicidju;
• Jipprovdu l-informazzjoni mehtiega, pariri u assistenza dwar is-suwicidju, u dan ukoll permezz ta’ uzu akbar ta’ l-Internet;
• Jirrinforzaw mizuri li jikkumbattu l-omofobija permezz ta’ attivitajiet edukattivi u fi gruppi ta’ diskussjoni biex tkun inkoraggita l-accettazzjoni ta’ wiehed innifsu u ta’ l-ohrajn;
• Jikkumbattu l-prattika inumana ta’ zwigijiet sfurzati u biex jintesifikaw l-gharfien dwar din il-kwistjoni;
• Isahhu l-involviment ta’ assocjazzjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u servizzi pubblici f’hidmiet li jinhtiegu jsiru;
U biex jiskansaw milli jkun hemm attentati ripetuti, l-Assemblea stiednet lill-pajjizi membri biex:
• Jipprovdu mizuri psiko-socjali bhala appogg sistematiku;
• Jipprovdu assistenza psikologika mhux biss liz-zghazagh koncernati imma wkoll lill-genituri u l-hbieb taghhom; u
• Jintroducu sistema multidixxiplinarja biex jilhqu lil persuni bhal dawn, u li ghandha tinkludi l-qasam tas-sahha, ta’ l-edukazzjoni, tax-xoghol, il-pulizija, is-sistema guridika, l-awtoritajiet religjuzi, il-politici u lill-media.
No comments:
Post a Comment