Thursday, 15 August 2013

iNews Malta: "Lejn Soċjetà Inklussiva" - Ministru Dalli

http://www.inewsmalta.com/dart/20130627-lejn-so-jet-inklussiva-ministru-dalli
10:52 | 27.06.2013

 

Il-Ministru Helena Dalli tat rendikont tal-ħidma tal-Ministeru tagħha fil-qasam tad-drittijiet ċivili fl-ewwel mitt jum ta’ gvern ġdid. Bit-tema “Soċjetà Inklussiva” fl-isfond tal-Ministru Dalli, hi fissret il-ħidma li kienet bdiet tgħamel biex il-kundanna għal diskriminazzjoni kontra persuni LGBT tkun ukoll parti mill-kostituzzjoni Maltija. Qalet li dwar dan kienet diġa’ saret laqgħa mal-Kummissarju tal-Liġijiet. Eventwalment tressqet mozzjoni privata mill-Oppożizzjoni dwar is-suġġett u għalhekk issa jidher li hemm qbil dwar din il-bidla.

Ma setax jonqos li ssir referenza għal ftehim barra l-Qorti ma’ Joanne Cassar, il-persuna transgender li issa ngħatat id-dritt li tiżżewweġ. Fissret kif issa l-każ Cassar huwa magħluq darba għal dejjem u żiedet tgħid li tinsab fi stadju ta’ kumitat il-liġi li għandha twassal biex każi bħal dawn ma jkunux ripetuti.

Referenza wkoll għat-twaqqaf tal-kunsill konsultattiv dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT.

Filwaqt li rrreferit għal studju li sar minn aġenzija internazzjonali, fejn persuni tkellmu dwar ibbuljar u suwiċidji fl-iskejjel, qalet li fl-iskejjel primarja u sekondarji iridu jitneħħew l-isterjotipi.

Ritratt: Ray Attard

No comments:

Post a Comment