''Ma niddejjaqx nagħti lil mara'' - wieħed mill-akkużati | |
Wieħed miż-żgħażagħ li allegatament kien involut fi ġlieda ma' żewġ teenagers lesbjani qal lil waħda minnhom li hu ma jiddejjaq xejn jagħti lil mara. Dan seħħ meta dan iż-żagħażugħ mill-Ħamrun li kien ma' xi membri tal-familja f'gallarija għajjar żewġt ibniet "lesbjani", u waħda minnhom irrispondietu u għajritu lura. Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Joseph Apap Bologna dwar il-ġlieda li kienet seħħet fi Gwardamangia, limiti tal-Ħamrun bejn żewġ tfajliet lesbjani u żewġ ġuvintur ta' 17 u 15-il sena. Anke t-tfajliet huma taħt l-eta' fejn waħda għandha 17-il sena u l-oħra 16-il sena. Minbarra ż-żewġ tfajliet u ż-żewġ ġuvintur, qed tiġi mixlija wkoll mara ta' 35 sena, li hija ġara tagħhom. Il-ġlieda kienet seħħet fit-13 ta' Jannar li għadda għall-ħabta tas-7.30 pm, meta ż-żewġ tfajliet kienu fil-kumpanija ta' xulxin u, allegatament, żewġ ġuvintur bdew jirredikolawhom. Wara nqalgħet ġlieda fejn waħda mit-tfajliet sofriet ġrieħi f'wiċċha. Fil-bidu xehed ukoll it-tabib Carlo Refalo li kien fl-Emerġenza fl-isptar Mater Dei li qal li t-tifla li raha kellha feriti ħfief f'wiċċha u kellha nefħa f'waħda mill-ħaddejn u oħra ħdejn imneħirha. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Charles Magri, l-Avukat Cedric Mifsud qiegħed jidher għaż-żewġ tfajliet waqt li l-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha qegħdin jiddefendu liż-żewġ ġuvintur u l-mara. |
Saturday, 14 April 2012
Malta Right Now: Il-każ ta' ġlieda fil-limiti tal-Ħamrun nvoluti fiha żewġ lesbjani
http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Il-ka%26%23380%3B+ta'+%26%23289%3Blieda+fil-limiti+tal-%26%23294%3Bamrun+nvoluti+fiha+%26%23380%3Bew%26%23289%3B+lesbjani&t=a&aid=99836348&cid=39
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment