Tuesday, 29 March 2011

L-Orizzont: “Mara” rikonoxxuta bħala raġel

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=71426
29.3.2011 minn Charmaine Craus

Persuna ta’ 27 sena li għamlet operazzjoni biex tibdel is-sess tagħha rebħet id-dritt biex tiġi rikonoxxuta bħala raġel mir-Reġistru Pubbliku.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Joseph Azzopardi, ordnat li dan ir-rikonoxximent għandu jirrifletti fiċ-ċertifikat tat-twelid, fis-sens li jinbidel is-sess tal-persuna u jinbidel ukoll l-isem.

Il-persuna, li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġiet reġistrata fl-atti tat-twelid tagħha bħala sess fem­minili, kif jirriżulta miċ-ċertifikat tat-twelid li ġie ppre­żentat fil-Qorti.

Minn ċkunitha, dejjem kell­ha inklinazzjonijiet, atteġġjamenti u orjentamenti maskili, kemm psikoloġikament kif ukoll fiżikament.

Għalhekk, biex teħles mill-kunflitt interni li kellha dwar il-personalitajiet tagħha, kellha tagħmel op­erazzjoni kiru­r­ġika magħrufa bħala ‘gender reassignment’ u b’hekk is-sess tagħha sar maskili, b’mod irriversibbli.

Jirriżulta li l-operazzjoni saret fl-isptar ġenerali ta’ Belgrade, ‘Belmedic’, fis-Serbja.

B’referenza għall-Artiklu 275A tal-Liġijiet ta’ Malta, li jistabbilixxi, li f’dawn iċ-ċirkostanzi, persuna tista’ titlob biex tinbidel dik il-parti fejn hemm imniżżel is-sess tagħha fiċ-ċertifikat tat-twelid, il-persuna msemmija ressqet rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fejn spjegat l-istorja tagħha. Id-Direttur tar-Reġistru Pub­bliku, fir-risposta tiegħu qal li l-persuna trid turi li mhijiex marbuta biż-żwieġ u li tgħix hawn Malta. Id-Direttur talab lill-Qorti biex tinnomina esperti mediċi biex jivverifikaw li l-persuna verament għad­diet minn din l-operazzjoni rri­versibbli biex minn mara saret raġel.

Id-Direttur qal li jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu onorati, ma jsib ebda oġġezzjoni. Fil-fatt, qabel ħadet id-de­ċiżjoni tagħha, il-Qorti rat ir-rap­porti li saru mill-esperti mediċi, il-Professur Godfrey La­ferla u Dr Raymond Galea, li nħatru għall-iskop li jkun ivverifikat li saret l-operazzjoni. Qud­diem id-dokumenti koll­ha li ntwerew, il-Qorti qieset li t-talba tal-persuna hija ġġustifikata u laqgħet it-talbiet tagħha.

Ir-rikors tressaq permezz tal-Avukat Owen Bonnici.

No comments:

Post a Comment