http://www.kullhadd.com/201103192701/Intervista/nehhiet-sidirha-biex-tghix-hajja-ta-guvni.htmlSaturday, 19 March 2011 17:37 minn Ramona Portelli
Anke sempliciment injection tbezzani, ahseb u ara xi operazzjoniji li nkun nista’ nghaddi minghajrha. Min-naha l-ohra allahares kulhadd bhali fejn jidhlu affarijiet simili, ghax kieku l-esperimenti medicinali ma jimxux. Izda akkost ta’ kollox, nammira lil dawk il-persuni li lesti jiehdu riskji f’hajjithom ghall-ahjar taghhom. Spiss nisimghu bi tfajliet li jkabbru sidirhom, izda rari nisimghu b’xi tfajla li tnehhi sidirha apposta biex tigi tidher maskili, almenu f’Malta!!!
Dwar dan tkellimt ma’ Charlot Mamo li ghaddiet minn din l-esperjenza, u llum tinsab kuntenta tghix hajja daqs li kieku hi guvni. L-importanti ghaliha li m’ghadhiex tidher tfajla bis-sider.
L-istorja taghha qed tintwera wkoll bhalissa fuq il-programm televiziv Arani Issa ipprezentat minn Joseph Chetcuti kull nhar ta’ Hamis fuq ONE TV.
Iltqajt ma’ Charlot f’kafeterija f’Tas-Sliema. Tasal fuq il-post ma’ ommha – omm li tissaportjaha hafna, kif ukoll ma’ huha z-zghir.
Waqt l-intervista tieghi, Charlot qaltli biex nirreferi ghaliha fil-maskil, anke jekk fuq il-karta tal-identità taghha ghadha tidher bl-isem Charlotte. B’hekk minn issa ’l quddiem ser inkun qed nitkellem fil-maskil fuq it-talba ta’ Charlot stess.
Ghandu 23 sena u jghix l-Iklin. Jahdem fil-catering u bhalissa single. “Fil-prezent jien single, però looking!! Inhobb il-muzika u l-kompjuter. Min jafni sew jafni nidhak il-hin kollu, u li jien persuna li nhobb malajr. Sensittiv u haddiehor jaf fejn huwa mieghi,” kienu l-ewwel kummenti li hadt minghand Charlot.
Tnehhi sidirha
Kont naf li xi sena u sitt xhur ilu, Charlot kienet ghamlet operazzjoni biex fl-ahhar il-holma li kellha titwettaq – dik li tnehhi sidirha darba ghal dejjem, u tigi lixxa daqs ragel. B’hekk tlabt lil Charlot jirrakuntali minn xiex ghadda qabel sakemm kienet ghadha tfajla bis-sider. Hawnhekk fil-pront taqbez omm Charlot u tghidli, “Charlot kienet il-weggha tieghi qabel. Sa ma xi nies draw, kont nircievi sms’s jistaqsuni jekk Charlot hix ragel jew mara. Kienet tghaddili hafna kummenti koroh bhal li trid tmut jew li trid tmur taqbez. Tant sidirha kien idejjaqha, li daqshekk kienet imdejjqa.”
Fil-fatt kienet omm Charlot li resqitha lejn il-holma ta’ hajjitha. Kienet applikat ghal nominazzjoni fi programm televiziv lokali sabiex issirilha x-xewqa ta’ hajjitha, u proprju n-nominazzjoni taghha giet accettata. Fil-fatt Charlot jghid li hajtu proprja bdiet minn wara l-operazzjoni ’l hawn.
Nitkellem ma’ Charlot dwar l-operazzjoni, u nfurmani li kellu jaghmel zewg operazzjonijiet ta’ seba’ sighat -il wahda, biex illum jidher kif dejjem xtaq. “L-ewwel operazzjoni ghamiltha fil-21 ta’ Settembru 2009. Erbat ijiem wara kelli l-birthday, allura tista’ timmagina, ghalija kien l-akbar rigal ta’ hajti.
Xahar wara, preciz fil-21 ta’ Ottubru, peress li kelli xi kumplikazzjonijiet wara li nehhejt sidri, kelli nidhol ghat-tieni operazzjoni li damet seba’ sighat ohra, u saruli 134 punti.
Batejt hafna wara l-operazzjonijiet, specjalment biex nimxi u niekol. Kelli niehu xi medikazzjonijiet kuljum ghal xi zmien. Ifhem jiena ridtha din il-haga u ghamiltha tant kemm ridtha jiena,” spjegali Charlot filwaqt li ammirajt il-kuragg wara dan kollu.
Nistaqsi lil Charlot dwar ir-reazzjoni tal-familja minn wara l-operazzjoni ’l hawn. “Tal-familja accettawni kif jiena, u llum ommi tista’ tghid li ghandha tifel iehor fil-familja.
Tax-xoghol accettawni kif jiena bla problemi, ghalkemm kultant jitfixklu kif ser jindirizzawni, jekk hux bhala guvni jew tfajla. In-nanna ghadha sal-lum ma tridx tnizzilha, u ghadha tittama li tarani bid-dublett u mizzzewga,” qalli Charlot b’dahka sinciera.
Biza’ mis-sajf
Insir naf li meta kienet ghadha m’ghamlitx l-operazzjoni biex tnehhi sidirha, kienet ghaddiet minn fazijiet ta’ dwejjaq u li l-anqas ma kienet tohrog, specjalment fiz-zmien tas-sajf. Ir-raguni primarja ghaliex ma kinitx thobb is-sajf kienet ghaliex il-hwejjeg sajfin kienu jdejjquha maghha, fis-sens li sidirha kien ikun jidher imqabbez. “Kont nilbes sports bra issikkat hafna biex jiccattjali sidri u nahbihom taht il-hwejjeg, ghalkemm xorta kont nidher. Kemm-il darba kont inkun hierga, u nara li l-hwejjeg ma qaghdux sew b’sidri u nerga’ nbiddel il-hsieb u nibqa’ gewwa. Is-sajf kont noboghdu.”
Illum bil-kontra. Charlot ghandu genn sa ma jasal dan is-sajf. Nistaqsi ghaliex. “Biex nilbes issikkat l-aktar, u biex nerga’ nibda nghum, ghax dan l-ahhar zewgt isjuf kont qtajt mill-bahar, proprju minhabba sidri.”
B’kurzità nistaqsi b’liema tip ta’ malja Charlot ser jibda jghum minn dan is-sajf li gej. “Shorts tal-boys u flokk tac-cingi”, kienet it-twegiba pronta u sodisfacenti ta’ Charlot.
Nistaqsi jekk illum il-gurnata Charlot hux komplut mill-hajja. “Ifhem, ma nistax nidhaq b’dak li jkun. L-ahjar haga hi li lil dak li jkun nghidilhom bil-verità mill-ewwel dwari. Ghad hawn min ma jaccettax nies bhali”.
Fil-pront taqbez omm Charlot, u tghidli, “Ghad hawn taboo fuq nies bhal Charlot. Qishom ghandhom xi marda. Din tweggani wisq. Persuni bhal Charlot ghandhom qalb daqs haddiehor, anzi qalb ikbar minn haddiehor. Ma’ Charlot illum naf fejn jiena. Spiccajt anke bi hbieb gays jiena wkoll,” bdiet tghidli omm Charlot b’certu mhabba kbira.
Illum il-gurnata, Charlot jghix hajja daqs li kieku minn dejjem kien guvni. Nistaqsi dwar l-istil ta’ hwejjeg li l-aktar ifittex illum il-gurnata. “Hwejjeg maskili ovvjament, bl-underwear b’kollox. Xejn, hwejjeg tan-nisa qtajthom darba ghal dejjem, l-anqas nohlomha ma rrid,” wiegeb Charlot entuzjast, filwaqt li rrimarkali li tfajliet ohra iharsu lejh daqs li kieku guvni daqs kull guvni iehor.
Nistaqsi lil Charlot jekk illum il-gurnata hux komplut, jew forsi ghad hemm xi haga mill-hajja li ghadha ma sehhitx. “Bhalissa ok ninsab, ghalkemm nixtieq li jkolli tfajla tieghi li tifhimni u thobbni”.
Hawnhekk terga’ titkellem omm Charlot, din id-darba emozzjonata u bi ftit dmugh niezel ma’ wiccha u tghidli, “Issa ninsab mistrieha jiena b’Charlot. Ahjar Charlot hu kif inhu bhalissa, milli Charlot qabel bid-dwejjaq”.
Hawnhekk Charlot jaqbadli argument fuq it-toilets pubblici. Xi minn daqqiet isib tfajliet ohra li jibqghu ccassati lejh hekk kif jarawh fil-kju ta’ xi toilet tan-nisa. Xtaqt aktar dettalji dwar dawn il-fatti.
“Din tat-toilet iddejjaqni wisq. Mhux l-ewwel darba li xi xiha terga’ thares lejn it-tabella tat-toilet biex tikkonferma min hu fit-toilet tajjeb jew hazin. Niddejjaq nara hekk b’ghajnejja. Mhux l-ewwel darba li noqghod apposta ma nixrobx biex ma jaqbadnix toilet meta nkun barra, halli nevita sitwazzjonijiet simili fit-toilets pubblici. L-ID card tieghi hija storja kerha ohra ghalija. Niddejjaq nuriha,” sostna Charlot.
Inkompli din id-diskursata billi nistaqsi jekk jixtieqx li jara xi tibdil hawn Malta dwar sitwazzjonijiet simili. Fil-fatt Charlot gibidli l-attenzjoni li jixtieq li jkun hawn aktar informazzjoni dwar hajja ta’ gays fl-iskejjel specjalment fil-PSD.
Jghid li jixtieq jara aktar kotba u dvds li jattiraw lil persuni gays. “Nixtieq nibda nara hwienet tad-dvds u kotba li jkollhom sezzjonijiet Gay & Lesbian, u mhux meta nistaqsi ghal xi ktieb jew dvd partikolari jibqghu jiccassaw lejja, jew jghiduli li m’ghandhomx. Kemm se ndum nixtri mill-internet biss u bilfors, meta nkun irrid xi haga simili,” spjega Charlot.
Fl-ahharnett tlabt lil Charlot jghidli x’jixtieq mill-futur tieghu. Fil-fatt Charlot sostna li jixtieq jara lilu nnifsu ma’ tfajla li taccettah hu kif inhu. “Nixtieq tfajla li tkun thobbni. Nixtieq li l-pajjiz iqum fuq tieghu, u n-nies jaccettawna aktar. Nghid lill-genituri wkoll, li flok joqoghdu jinkwetaw x’ser jghidu n-nies, jaraw biss x’jixtiequ t-tfal taghhom. Ghandi xewqa wkoll li nibda nahdem f’hanut tal-irgiel bhal per ezempju f’hanut li jbiegh biss hwejjeg tal-irgiel. Nixtieq insiefer ukoll fejn hemm balla nisa biss”, tbissem Charlot.
Hawnhekk terga’ titkellem omm Charlot u tghidli li l-genituri jehtieg li jgawdu lil uliedhom huma kif inhuma, ghax bil-fjuri u bil-quddies mhux ser iggib l-ebda tfal lura. Nghid ukoll lil Charlot, gibli tfajla li tkun thobbok id-dar, halli jkolli lil min inhobb aktar id-dar”, temmet tghidli omm Charlot ukoll ghal din l-intervista.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignà Seafront, Tas-Sliema.