http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=54484
25.6.9 minn Sammy Sammut
L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tal-UE ssoktat bil-kritika tagħha fil-konfront ta’ Malta fejn jidħol it-tħaris tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, din id-darba minħabba li fost oħrajn għad m’għandha l-ebda ‘data’ uffiċjali tal-ġustizzja kriminali dwar il-kriminalità razzjali u dik omofobika.
Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2009, li kien ippubblikat ilbieraħ, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tagħti ħarsa lura lejn avvenimenti u żviluppi li seħħew matul is-sena li għaddiet fl-Unjoni Ewropea, waqt li tipprovdi materjal dwar ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata, u ma’ dan iżżid ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi f’medda ta’ oqsma oħrajn tad-drittijiet fundamentali b’mod konsistenti mal-mandat tagħha.
Ir-riċerka tal-Aġenzija turi li b’mod allarmanti ftit nies biss huma konxji mid-drittijiet tagħhom u fejn għandhom jirrapportaw xi inċidenti ta’ diskriminazzjoni. Intqal li n-nuqqas ta’ ġbir ta’ data’ fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ikompli jfixkel l-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, filwaqt li minħabba lakuni fil-protezzjoni legali, id-diskriminazzjoni għadha teżisti f’ ċerti oqsma.
Il-FRA qiegħda tappella għal ‘data’ uffiċjali aħjar biex tqajjem kuxjenza dwar kif tiġi rrapportata d-diskriminazzjoni u biex tħeġġeġ inizjattivi effettivi għall-prevenzjoni tal-kriminalità fuq il-livelli tal-istati membri.
L-istati membri qegħdin ukoll ikunu mħeġ-ġin biex jagħlqu l-lakuni fil-protezzjoni legali biex iqajmu l-kuxjenza fuq l-għodda legali disponibbli u biex jimmiraw lejn gruppi speċifiċi li jinsabu fir-riskju ta’ diskriminazzjoni.
L-istudji u r-rapporti tal-FRA wrew b’mod konsistenti li għadd ferm kbir ta’ persuni mhumiex konxji mid-drittijiet tagħhom jekk xi darba jkunu vittmi ta’ diskriminazzjoni. Bħala eżempju ssemma li minn stħarriġ riċenti tal-FRA dwar minoranzi u diskriminazzjoni, irriżulta li 39 fil-mija biss ta’ dawk il-minoranzi intervistati kienu konxji dwar il-liġi li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni kontra l-persuni fuq il-bażi tal-etniċità meta wieħed ikun qiegħed japplika għal impjieg. Fl-istess ħin, 20 fil-mija biss kienu jafu b’organizzazzjoni li toffri sos-tenn jew pariri lil persuni li saret diskriminazzjoni kontrihom.
Jirriżulta mir-Rapport Annwali tal-FRA li l-għadd ta’ lmenti formali li saru jvarja ħafna bejn l-istati membri tal-UE, li ħafna drabi ma jkunx biss riflessjoni tad-differenzi fid-daqs tal-popolazzjoni. Bħala eżempju ssemma li f’Malta, fl-Estonja u fis-Slovenja fl-2007 saru inqas minn 10 ilmenti ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ razza, waqt li kien hemm ammont sostanzjalment għoli fil-Belġju (1,691), Franza (1,690), Svezja (905) u r-Renju Unit (3,500). Din id-differenza jew in-nuqqas ta’ rrapportar ta’ każi ta’ diskriminazzjoni ħafna drabi jkun ukoll riżultat tal-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi tad-dis-kriminazzjoni mhumiex konxji li dak li qiegħed isir kontrihom huwa illegali. Fl-istess ħin, ħafna ma jafux kif jew fejn jistgħu jagħmlu lment. Għaldaqstant, l-Aġenzija għad-Drittijiet Funda-mentali tisħaq fuq l-obbligu tal-gvernijiet li jinformaw lil kulħadd bid-drittijiet tagħhom, u li jiżguraw l-aċċess għall-ġus-tizzja fil-prattika, mhux biss fuq il-karta.
Il-President tal-Bord ta’ Tmex-xija tal-FRA, Anastasia Crickley qalet li “għad hemm bosta lakuni fil-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni. GĦaliex għan-du jkun possibbli li wieħed ifittex lil sid il-kera minħabba diskri-minazzjoni fuq il-bażi tal-etniċità jew is-sess, iżda mhux minħabba diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ reliġjon, età, diżabilità jew orjentazzjoni sesswaliħ Għaliex il-persuni b’diżabilità huma protetti kontra d-diskrimi-nazzjoni fl-impjiegi iżda mhux protetti fuq l-istess grad fl-edukazzjoni?”
Anastasia Crickley tħeġġeġ lill-gvernijiet kollha tal-UE biex jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi estiża l-protezzjoni contra d-diskriminazzjoni (fuq il-bażi ta’ reliġjon, twemmin diżabilità, età, u orjentazzjoni sesswali) li at-twalment tkopri s-settur tal-impjiegi sal-oqsma tas-sigurtà soċjali, tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-aċċess għall-provista ta’ oġġetti u servizzi.
Ir-rapport annwali tal-FRA jgħid li n-nuqqas ta’ kuxjenza dwar id-drittijiet jikkoinċidi ma’ nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni u rrapportar tad-diskriminazzjoni. Bħala eżempju ssemma li fir-rigward ta’ kriminalità razzjali, fil-maġ-ġoranza tal-istati membri tal-Unjoni ¬ 15 minn 27 ¬ hemm nuqqas totali ta’ dejta uffiċjali dwar il-ġustizzja kriminali disponibbli pubblikament, jew irrapportar limitat dwar ftit kawżi fil-Qorti. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tgħid li Malta flimkien ma’ ħames stati membri oħrajn m’għandhom l-ebda dejta uffiċjali tal-ġustizzja kriminali dwar il-kriminalità razzjali jew omofobika. Jintqal li “dan huwa sintomatiku ta’ nuqqas ta’ en-fasi politika u ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi biex jindirizzaw il-problema”.
Kien sostnut li “ġbir ta’ dejta insuffiċjenti jew mhux eżistenti, flimkien ma’ nuqqas ta’ kuxjenza dwar id-drittijiet u n-nuqqas ta’ rrapportar ta’ diskriminazzjoni u kriminalità, iwasslu għal sitwazzjoni fejn il-firxa reali u n-natura tal-ksur tad-drittijiet fundamentali ma jistgħux jiġu stabbiliti. Il-ġbir ta’ dejta mhuwiex soluzzjoni fih innifsu, iżda jgħin biex tinftiehem aħjar in-natura u l-firxa tal-ksur tad-drittijiet fundamentali. Politiċi effettivi u mmirati fuq il-livell tal-istati membri tal-UE jistgħu biss jiġu żviluppati permezz ta’ għarfien eżatt tas-sitwazzjoni”.
[Ara aktar informazzjoni hawn.]
No comments:
Post a Comment