Tuesday 22 April 2014

It-Torċa: Wara li kienet approvata l-liġi tal-Unjoni ċivili… kull ċittadin Malti goeandu jkun trattat l-istess mill-istat

http://www.torca.com.mt/FullArticle.php?ID1=%27Ahbarijiet%27&ID2=46463
20.4.2014

Il-liġi tal-Unjoni Ċivili kienet importanti li tiddaħħal fis-seħħ għax kuntrarju għal-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni u liġijiet kontra reati omofobiċi u transfobiċi, din il-liġi mhux qed tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni imma qed tafferma l-ugwaljanza. Jiġifieri qed tafferma li kull Malti u kull Maltija ħaqqha li tkun trattata indaqs mill-istat, xejn iżjed u xejn anqas.

Dan qalu Silvan Agius, gradwat fid-drittijiet umani u d-demokrazija. Ikkuntattjat mit-TORĊA dwar l-introduzzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ċivili, Agius qal li fix-xhur li ġejjin, din il-liġi se twassal għall-bidla fil-kultura. “In-nies se jifhmu li l-omosesswali huma parti mill-istess fibra tas-soċjetà li jgħixu fiha. Dan diġà ntwera f’soċjetajiet oħra li ntroduċew liġijiet simili,” qal Agius.

Mistoqsi jaħsibx li pajjiżna dam biex introduċa din il-liġi, huwa qal li d-dewmien huwa xi ħaġa relattiva. Kompla jgħid: “Id-Danimarka introduċiet l-Unjoni Ċivili għall-koppji tal-istess sess fl-1989 u għaldaqstant nistgħu ngħidu li Malta damet biex tintroduċi din il-liġi. Madankollu, hemm pajjiżi bħall-Italja u l-Greċja li m’għandhomx liġi simili. F’dan is-sens qegħdin ‘qabel’ il-pajjiżi ġirien tagħna.”

Agius qal li hu rimarkabbli fil-liġi Maltija hu, li din hi l-aktar forma ta’ unjoni ċivili li tagħti rikonoxximent lill-koppji li jidħlu fiha, kemm jekk huma tal-istess sess u jekk huma ta’ sess differenti.

Mistoqsi dwar x’jinvolvi l-proċess biex żewġ persuni li jidħlu f’unjoni ċivili jikkonfermaw l-istat tagħhom li ħaduh barra l-pajjiż qabel, biex jidħlu f’unjoni ċivili f’pajjiżna, u li għad iridu jidħlu f’unjoni ċivili, x’bidla mistennija fid-dokumenti governattivi kif ukoll dwar il-proċess għall-adozzjoni, Agius ħass li dawn il-mistoqsijiethuma iktar ta’ natura li jistgħu jkunu risposti mill-ministeru jew minn avukat.

No comments:

Post a Comment