16:03 | 25.04.2013
Kien mument emozzjonanti meta iktar kmieni llum Joanne Cassar għamlet żjara sorpriża lill-Ministru Helena Dalli. Permezz ta’ bukkett fjuri, Cassar riedet turi l-apprezzament tagħha għal mod kif il-gvern ħa azzjoni konkreta biex hija u nies oħra transgender ikollhom id-drittijiet imħarsa. Cassar kienet akkumpanjata mis-sieħeb tagħha.
Hija tkellmet dwar il-fatt li anke ntlaħaq ftehim barra l-qorti fil-kawża li kienet fetħet mal-Qorti Ewropeja għad-drittijiet tal-bniedem.
Filwaqt li rringrazzjat lil Cassar, il-Ministru Dalli enfasizzat li hi ma kinetx qed tagħmel xi pjaċir imma dak li sar, sar bi dritt għal min għandu bżonnu. Il-Ministru Dalli awgurat lil Joanne għall-ħajja tagħha u qalet li hija tispera li l-każ tagħha jkun strumentali biex jitneħħew il-preġudizzji u jgħin biex inbiddlu l-attitudnijiet u l-kultura tal-mod kif għad hawn min fis-soċjeta` tagħna jħares u jaġixxi fil-konfront tal-minoranzi.
No comments:
Post a Comment