Catherine Aquilina | 09/11/2012
Il-Malta Gay Right Movement għażel li ma jikkummentax dwar grupp ta’ Membri Parlamentari Ewropej favur persuni omesswali li qed jopponu l-ħatra tal-Ministru Tonio Borġ bħala l-Kummissarju l-ġdid Ewropew għal Malta.
B’reazzjoni għall-istorja ppubblikata fuq newsbook iktar kmieni llum, il-President tal-MGRM Gabby Calleja qalet li ma xtaqitx tagħti kummenti dwar ir-rapport ta’ erba’ paġni li l-“Intergroup on LGBT Rights” ippubblika dwar il-pożizzjoni ta’ Tonio Bog dwar l-abort, l-omosesswalità u d-divorzju. L-MPs Ewropej qalu li minħabba l-fehmiet tiegħu f’dawn is-suġġetti, il-Ministru Borg jista’ jkun imparzjali fil-kariga ta’ Kummissarju, dan għaliex ħidmietu tinkludi r-riċerka fil-qasam tas-saħħa, l-aċċess indaqs għall-kura, l-edukazzjoni fis-saħħa u kampanji ta’ prevenzjoni kontra l-mard trasmess sesswalment.
L-Intergroup on LGBT Rights saħansitra qed jgħid lill-membri tiegħu dwar kif jistgħu jxekklu lill-Minsitru Borg milli jingħata l-kariiga ta’ Kummissarju.
B’rabta ma’ dan ir-rapport, Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qalilna li l-Ministru Tonio Borg mhux se jagħti iktar kummenti. Qalilna li qed jingħaddu ħafna affarijiet mhux veritieri u l-Ministru se jwieġeb għal dan kollu nhar it-Tlieta li ġej fi Brussell waqt is-smiegħ.
No comments:
Post a Comment