SATURDAY, 30 JUNE 2012 17:35 STEFAN ZRINZO AZZOPARDI
Maz-zmien, wiehed jista' jghid li bdiet atmosfera ta' aktar tolleranza. Is-socjetà taghna, minkejja s-sens ta' pregudizzji qawwija, bdiet tifhem aktar orjentazzjonijiet sesswali differenti, liema orjentazzjonijiet sesswali m'ghandhomx iwasslu ghal nuqqas ta' rispett lejn il-persuni.
Is-sens ta' tolleranza wassal biex aktar persuni bdew jesprimu b'mod pubbliku l-orjentazzjoni taghhom u jifformaw relazzjonijiet. Aktar bdiet tinhass il-htiega li s-socjetà tifhem dak li tghaddi minnu persuna meta tkun ghaddejja mill-process li tifhem l-orjentazzjoni sesswali taghha.
Illum ninsabu fi zmien li nittolleraw biss m'huwiex bizzejjed. Aktar qed tinhass il-htiega li persuna minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghha ma tistax tkun imwarrba jew imcahhda minn drittijiet u l-opportunità li jkollha partecipazzjoni shiha fis-socjetà taghna.
Fil-fehma tieghi, qabel ma wiehed jitkellem dwar drittijiet li ghandha taghti l-ligi lil persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti, jehtieg li neghlbu l-pregudizzji li s-socjetà taghna wirtet minn generazzjoni ghal ohra. Pregudizzji li jitwieldu mill-biza' minn dak li ma tkunx taf dwaru, minn ideat zbaljati li jigu mizrugha fl-imhuh ta' min ma jkunx jaf.
Dan huwa mehtieg li jsir biex verament nuru li s-socjetà taghna tirrispetta. Tirrispetta lil persuni ta' orjentazzjoni sesswali LGBT, izda wkoll tirrispetta lill-familjari u nies qrib ta' dawk il-persuni.
Min jaf xi tbatija tghaddi minnha persuna li l-familja taghha ma taccettax l-orjentazzjoni sesswali taghha? Kemm hija kiefra ghal omm jew ghal missier li jara lil ibnu jew bintu imcahhda mill-opportunitajiet biex tirnexxi jew li ssofri minn pregudizzji ta' socjetà li tonqos mir-rispett?
Fil-fehma tieghi, kull meta jigi meghlub pregudizzju, kull meta nifhmu l-importanza tar-rispett lejn persuni irrispettivament mir-razza, mit-twemmin, mill-fehmiet politici, mill-orjentazzjoni sesswali tagh-hom, nemmen li s-socjetà taghna tkun ghamlet rebha kbira li biha tgawdi s-socjetà kollha.
Issa wasal iz-zmien li persuni b'orjentazzjoni sesswali LGBT mhux biss jigu tollerati izda jibdew jinghataw aktar drittiijiet. Irridu naccertaw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni a bazi tal-orjentazzjoni sesswali taghhom u li tinghata protezzjoni minn tali diskriminazzjoni. Jehtieg li jkun hemm infurzar qawwi kontra min iheggeg mibgheda lejn persuni jew iwettaq atti vjolenti, insulti jew atti ohra inaccettabbli lejn persuni minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom.
Aktar minn hekk, hemm bzonn li persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti li jaghzlu li jifformaw relazzjonijiet, ghandhom isibu socjetà li tirrispetta l-ghazla taghhom.
Jehtieg li jkun hemm ligijiet li jirrispettaw dawn l-ghazliet u persuni li jidhlu f'relazzjonijiet ma' persuni ohra tal-orjentazzjoni sesswali taghhom, ikollhom protezzjoni xierqa u gharfien tal-ghazla taghhom.
Hija kiefra li persuni li jkunu ghazlu li jqattghu hajjithom flimkien, jghixu taht l-istess saqaf, jibnu relazzjoni stabbli mibnija fuq rispett reciproku u ta' sostenn lejn xulxin, meta jiffaccjaw awtoritajiet jew sitwazzjonijiet partikolari, l-ghazla li jkunu ghamlu ma ssib ebda rikonoxximent.
Biex naghti ezempju, jekk persuna tghix f'relazzjoni ma' persuna ohra, u t-tnejn ihossu li l-persuna hija l-aktar persuna qrib taghhom f'hajjithom, jekk xi hadd minnhom jiddahhal l-isptar b'urgenza, ghalfejn m'ghandux ikun hemm rikon-oxximent tal-ghazla li saret minn dawk it-tnejn min-nies meta jigi mument daqstant kritiku?
Dan hija sitwazzjoni minn hafna li jsehhu ta' kull jum. Irid ikollna l-kuragg li ngeddu s-socjetà taghna. Jehtieg li nwettqu l-pass li jehtieg li jsir biex nghaddu mit-tolleranza ghad-drittijiet, isehh.
No comments:
Post a Comment