http://www.inewsmalta.com/dart/20150616-tibg-at-lill-ministru-taqra-bibbja-min-abba-gays
Victor Vella | 20:49 | 16.06.2015
Waqt il-laqgħa ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili li saret illejla f'Kastilja fis-sensiela 'Gvern li Jisma'', u li fiha ħadet sehem il-Ministru Helena Dalli, spikka intervent ta' mara anzjana f'battibekk mal-Ministru dwar il-liġi tal-unjoni ċivili u d-drittijiet tal-persuni gay u lesbjani.
Il-mara, b'pitazz f'idejha, bagħtet lill-Ministru taqra l-Bibbja, waqt li ddikjarat li hi kienet taf persuna li kien kunjomu 'Gay' u lil dan tgħidx x'kienu jagħmlulu. Il-Ministru wieġbet għal dan billi qalet li meta kienet żgħira 'gay' kienet tfisser xi ħadd ferħan.
"Fil-Kostituzzjoni hemm imniżżla r-religjon Kattolika. Ir-reliġjon Kattolika taqa' taħt il-Bibbja. Inti meta kkonsultajt il-Bibbja?" staqsiet il-mara, b'referenza għal-liġi dwar l-unjoni ċivili.
Il-Ministru weġbitha li, "Ġesù Kristu kien jgħid li kull wild jitwieled xbieha ta' Alla."
Il-mara bdiet tinstema' tgħid, "Iftaħ il-Bibbja!" Wara bdiet tgħajjat u tgħid, "Dik il-liġi se taqa!"
Ritratt: Roger Azzopardi
I'll bibja tend li kill min hu halliel qattiel omoseswali ecc ecc ma jidholx fis saltna talla u jigi ikkundannat
ReplyDelete