Wednesday, 7 May 2014

KullĦadd: "Bħalissa qed inħossu ferħ kbir"

http://www.kullhadd.com/201405036094/Ahbarijiet/qbhalissa-qed-inhossu-ferh-kbirq.html
SATURDAY, 03 MAY 2014 19:50 RITIANNE AGIUS


MANUEL XUEREB huwa wicc familjari hafna mal-Maltin, hekk kif ghal dawn l-ahhar snin bena isem ghalih innifsu fix-xena tal-ispettaklu u t-televizjoni. Wara relazzjoni twila ta’ hmistax-il sena, ghall-ewwel darba Manuel se jkollu c-cans li jinghaqad mas-sieheb tieghu Steve permezz tal-unjoni civili. F’din l-intervista Manuel tkellem ma’ RITIANNE AGIUS dwar dak li ghadda minnu, dak li tfisser ghalih din l-opportunità, u t-tieg tieghu li se jsir f’Settembru li gej.


Ta’ 14-il sena beda jhoss li kien differenti minn hutu

Manuel jghid li t-trobbija tieghu kienet differenti hafna peress li kien jghix Londra. “Kif jaf kulhadd Londra tikber iktar malajr ghax tara hafna iktar affarijiet. Tiltaqa’ ma’ iktar multikulturalizmu u nies differenti.” Jghid li hawn Malta forsi issa qed naraw certu affarijiet u qed naccetawhom iktar.

Ta’ erbatax-il sena beda jhoss li kien differenti miz-zewg hutu ikbar minnu. “Nista’ nghid li kont wahdi; ma kellix relazzjoni ma’ huti jew mal-genituri li nitkellem hafna maghhom.” Ta’ sbatax-il sena, izda, gharaf li din kienet it-triq tieghu u accettaha. Jghid li b’xorti tajba, tant kemm kien mohhu fil-karriera u kellu mhabba minghand il-familja tieghu, qatt ma kellu problemi minhabba s-sesswalità tieghu.

Ta’ dik l-età beda johrog u jiltaqa’ ma’ ftit hbieb li maghhom kien jiffrekwenta gay clubs. Fl-1996, imbaghad, gie Malta. Kellu 24 sena. Kien zmien meta s-socjetà Maltija bdiet ftit ftit taccetta sitwazzjonijiet differenti. Manuel jemmen li n-nies bdew jitkellmu fuq certu suggetti li qabel kienu stigma, bhal separazzjoni, divorzju, tfal barra z-zwieg, u omosesswalità, ghaliex kwazi kull familja bdiet tmiss maghhom, u ma baqghetx xi haga li tista’ tahrab minnha.

Ma jhossux il-bzonn li jiffrekwentaw gay clubs

Manuel jghid li meta gie minn Londra l-pajjiz kien qed jizviluppa. “Il-gay life hawn Malta kienet zviluppat, imma kienet differenti hafna – m’hemmx dik il-kwantità ta’ bars u clubs, imma nista’ nghid li kemm jien u anke Steve ma nhossux il-bzonn li mmorru f’dawn il-postijiet biex inhossuna parti minn grupp,” jishaq Manuel.

Manuel jispjega li l-hbieb taghhom huma kwazi kollha eterosesswali; min mizzew-weg u min single, u ftit huma l-hbieb omosesswali. Hawn min iktar ihossu komdu u sigur jiffrekwenta persuni tal-istess orjentazzjoni sesswali tieghu, izda Manuel u Steve ma jhossux il-bzonn li jassoccjaw ruhhom ma’ persuni omosesswali biss. Manuel jghid li ghalkemm, meta kien izghar, kien jiffrekwenta gay clubs f’Londra, illum m’ghadux ihoss il-bzonn li jaghmel dan.

“Hbieb tal-qalb ma tantx ghandi,” jammetti Manuel, “U fil-fatt fit-tieg se jkolli hamsin persuna biss mistiedna, inkluz il-familja.” Jishaq li dawn huma nies li verament ihobbuhom u li jkunu maghhom il-hin kollu. Ma jhossx il-bzonn li jaghmel tieg ta’ 400 ruh, ghax jixtieq li f’din il-gurnata specjali jkun imdawwar b’dawk in-nies li jmissulu qalbu.

Manuel ippropona lil Steve fuq it-Torri Eiffel

Peress li ghandhom hafna hbieb eterosesswali mizzewga, staqsejt lil Manuel jekk matul dawn l-ahhar hmistax-il sena flimkien, hu u Steve hassewx il-bzonn li jizzewgu, u kif kienu jhossuhom minhabba li ma kellhomx l-istess opportunità li kellhom il-hbieb taghhom. “Jien minn dejjem ghogobni z-zwieg, u Steve ukoll,” iwiegeb Manuel. Jispjega li Steve huwa bisesswali, u fil-passat kellu relazzjonijiet ma’ nisa wkoll, però ghazel din it-triq ghax japprezza l-fatt li sab imhabba reciproka, irrilevanti mis-sess tal-persuna.

Jghid li sa sena ilu ma setghetx tkun possibbli, izda llum il-gurnata li jaf li l-Gvern prezenti ghadda l-Ligi tal-Unjoni Civili, ghalihom kienet tfisser ferh kbir. “Ic-curkett tat-tieg ilu fuq subghi iktar minn sena,” jghid Manuel. “Ic-curkett lil Steve tajtulu fil-Milied.”

Jirrakkonta l-mument emozzjonanti li fih ippropona lil Steve: din is-sena fuq it-Torri Eiffel ta’ Franza. “Konna fil-Jules Verne Restaurant, fl-Eiffel Tower, meta pproponejtlu. L-ewwel waqa’ fil-muta, u beda jibki, imbaghad jien bdejt nibki wkoll,” jirrakkonta Manuel. “Ovvjament qalli iva!” ikompli jghid Manuel bid-dahka.

Ippjana t-tieg sal-inqas dettall

“It-tieg ippjanajtu sal-ahhar,” jghid Manuel. Din kienet iktar facli peress li jaf tajjeb il-gosti tal-mistednin. It-tieg ippjanah fil-perijodu qasir ta’ erba’ gimghat, ghalkemm isostni li m’ghandu xejn differenti minn ta’ haddiehor, u se jkun jinkludi, fost ohrajn, ikla b’erba’ platti. Kulhadd dera jassocja lil Manuel ma’ ikel tajjeb, allura zgur li l-ikla tat-tieg tieghu mhux se tkun dizappuntanti.

“Infaqt hafna flus fil-fjuri,” jammetti Manuel. “Min jafni jaf kemm inhobb il-fjuri, u nfaqt kwazi €2,000 fuqhom!” Jixtieq li kull min jasal jinduna mill-ewwel li t-tieg huwa ta’ Manuel u Steve, ghax ikollu l-istil personali taghhom. Jizvela li t-tieg se jsir f’Palazzo Castelletti fir-Rabat, li ilu ghal dawn l-ahhar snin jigi rinovat, u infetah issa.

Ic-cerimonja ufficjali ser issir fit-terazzin, imbaghad il-mistednin jinzlu isfel ghar-riceviment. Manuel jispjega kif qaghad attent li jzomm mal-istil modern vintage, b’attenzjoni ghall-ilbies, il-vazuni, u anke l-platti. Ghalkemm dan l-istil ghadu mhux daqstant popolari f’Malta, barra qed jintuza hafna, jghid Manuel.

Possibbiltà ta’ tfal fil-futur

Nimxu ghal suggett iktar serju li ghadu jqajjem xi ftit kontroversja: it-trobbija tat-tfal minn koppji tal-istess sess. Dwar il-possibbiltà ta’ tfal, Manuel jghid li kemm hu u kemm Steve ihobbu hafna t-tfal, però ma jhossx li bhalissa huwa zmien fejn jistghu jrabbu t-tfal, u ghalhekk dawn mhumiex ippjanati ghal issa.

“Steve dejjem xtaq it-tfal tieghu, forsi iktar minni,” jammetti Manuel. “U llum nafu li fil-futur hemm il-possibbiltà li jkollna t-tfal taghna wkoll. Jigifieri bhalissa qed inhossu ferh kbir.”

Manuel jinsisti li n-nies iridu jifhmu li wiehed jitwieled gay, u mhux ghax jiddeciedi li jaqbad din it-triq. Meta jifhmu dan il-kuncett, forsi jifhmu ghalfejn mhix gusta li persuna, ghax titwieled eterosesswali tkun tista’ tizzewweg, u persuna ohra li titwieled omosesswali, qatt ma tista’ tizzewweg.

Argumenti li ma jaghmlux sens

Dwar il-kontroversja tal-adozzjoni, Manuel jghid li huwa jaf persuni omosesswali li qed irabbu t-tfal. “Naf missier li kellu t-tfal izda llum qieghed f’relazzjoni ma’ ragel iehor; ma jfissirx li dan huwa missier inqas tajjeb, u t-tfal m’ghandhom xejn inqas minn haddiehor,” isostni Manuel.

Nirreferih ghal argumenti li t-tfal jistghu jinfluwenzaw ruhhom mill-genituri u jsiru omosesswali. Manuel jghid li, apparti li omosesswali titwieled u mhux issir, il-genituri tieghu kienu eterosesswali, u bl-istess argument huwa mhux suppost ‘sar’ omosesswali. “Meta tieqaf u tahseb fuqha, vera hawn banalità ta’ hsibijiet,” jishaq Manuel.

Manuel itemm jghid li dawn in-nies li ghandhom opinjoni differenti zgur jibdlu l-fehma taghhom meta din ir-realtà tasal biex tmiss il-familja taghhom ukoll, u jkollhom jiffaccjaw sitwazzjoni fejn jaraw membru tal-familja taghhom jigi ssegregat mill-bqija tas-socjetà.

No comments:

Post a Comment