http://www.inewsmalta.com/dart/20130618-unjoni-ivili-tid-ol-sal-ar-tas-sena
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar avvanz importanti
fir-rispett lejn id-diversità se jkun l-introduzzjoni tad-dritt ta' civil union għal
koppji tal-istess sess. "Permezz tal-kunsill konsultattiv li ħatar dan
il-Gvern biex jaħdem fil-qasam LGBT, se jkun imħejji l-abbozz ta' liġi
li imbagħad jiġi diskuss u jgħaddi mill-Parlament sal-aħħar ta' din
is-sena," qai il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f'Kastilja
mal-komunità LGBT.
Il-Prim Ministru qal li jħossu kburi li dan il-Gvern qed jagħti
importanza lil-libertajiet ċivili billi jibni soċjetà li tiċċelebra
d-diversità u tirrispetta l-għażliet konxji u ħielsa tal-individwu.
Filwaqt li fakkar kif il-Gvern waqqa' l-kas kontra Joanne Cassar, li
llum għandha rikonoxximent mill-pajjiż bħala mara bid-dritt li tiżżewweġ
raġel, il-Prim Ministru qal li fadal ħafna x'isir u kkommetta ruħu li
se jżomm mal-impenn politiku kollu kif elenkat fil-manifest elettorali.
Matul din il-laqgħa f'Kastilja, Joseph Muscat ingħata l-unur Soldier Award bħala "aġent tal-bidla" mill-grupp soċjali Gay Exiles li
jirrapreżenta Maltin li kellhom iħallu l-familji tagħhom biex jgħixu
f'pajjiżi barranin mal-maħbubin tagħhom tal-istess sess. Dan l-unur
jirrikonoxxi lill-individwi li jiddedikaw l-enerġiji tagħhom biex
il-komunità LGBT ikollha vuċi soda fis-soċjetà u fil-passat intrebaħ
mill-President tal-Malta Gay Rights Movement Gaby Calleja u l-Evarist
Bartolo, illum Ministru ghall-Edukazzjoni.
Ritratt: DOI
No comments:
Post a Comment