lura milli jolqtu fil-laham il-haj:
Jibda l-iebes ghall-Arcisqof
minn Victor Vella |
“Ghaliex il-Knisja se tibqa’ taghzel lill-istudenti li hi ddahhal fl-iskejjel taghha? Bhala edukatur ma naqbilx ma’ din il-prattika. Qed nitkellem dwar l-ezami li jsir biex jidhlu fl-iskejjel tal-Knisja. Ghaliex tibqghu taghzlu l-istudenti taghkom fuq l-abbiltà? Meta se jkollkom ghazla favur il-fqir?” Ghalliema ohra qajmet il-punt li tfal thallew barra mis-Sinodu u rrimarkat li hawn tfal f’Malta li huma fqar u jbatu mill-eskluzjoni socjali. Membru iehor ta’ l-istaff, waqt li ddikjara li hu omosesswali u ma jemminx f’Alla, jistaqsi “kif tista’ tibni pont ma’ xi haga li l-Knisja tqisha moralment hazina?”
|
Lil hinn mix-xeni ta’ ferh, ghajjat u entuzjazmu u stediniet lill-Arcisqof il-gdid Mons Pawlu Cremona O.P. li kkaratterizzaw l-attivitajiet li saru fl-ahhar jiem kemm qabel kif ukoll wara l-ordinazzjoni tieghu, il-bierah fl-Università spikkaw ghadd ta’ mistoqsijiet pjuttost imbarazzanti li saru lill-Mons Arcisqof, Pawl Cremona O.P. Il-mistoqsijiet ma sarux mill-istudenti Universitarji, izda saru mill-ghalliema taghhom.
Mons Arcisqof, wiegeb ghad-domandi iebsin li sarulu billi ghamel stedina lil xi whud biex jaghmlu proposti fuq certi suggetti li jhossu li l-Knisja ma tathomx importanza bizzejjed. F’kazi ohrajn wiegeb li se jahseb u jikkonsidra fuq dak li kienu qeghdin iqajmu u ma qaghdx lura milli jghid li jiddispjacih ghal xi nuqqasijiet li seta’ kien hemm u talab mahfra. L-istudenti Universitarji li attendew ghal-laqgha li saret fl-Università laqghuh b’entuzjazmu kbir, ghalkemm, hafna studenti ohrajn iddecidew li jibqghu ghax-xemx fuq il-Campus jew madwar l-Università. Kien hemm min hass li ma kellux imur ghal-laqgha, izda ma naqasx li jitfa’ suggerimenti ta’ x’jixtieq mill-Arcisqof il-gdid, fi speci ta’ kaxxa li tpoggiet fuq il-Campus. “Ghalija aktar milli mmur u nistaqsi, hu aktar importanti li nwassal messagg lill-Arcisqof dwar x’bidla nixtieq. Jien li ma nistax nifhem hu kif il-Knisja tibqa’ tehodha kontra l-kontracettivi u tghid li dan qieghed izomm il-hajja. Din ma nifhimhiex” qalilna student. Intant lura ghas-sala li fiha l-Arcisqof Cremona ltaqa’ ma’ l-istudenti, spikka l-intervent tad-Dekan tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni, Dr. Carmel Borg. Hu qal li “naraha stramba li l-Knisja fl-iskejjel taghha ghadha taghzel l-istudenti fuq l-abbiltajiet taghhom. Bhala edukatur ma naqbilx ma’ dan. Hu hazin li taghzel fuq l-abbiltà, ghax l-abbiltà ghandha l-kuntest fl-gheruq socjali.” Mons Arcisqof Cremona, wiegeb lil Dr. Borg billi qal li “l-problema hi li hemm hafna li jridu jigu jitghallmu fl-iskejjel tal-Knisja. In-numri huma limitati, ma jistax jigi kulhadd”. F’dan il-mument, Dr. Carmel Borg, rega’ ntervjena u qal li “jien tkellimt fuq l-ezami tal-Common Entrance. Meta l-Knisja se jkollha l-ghazla favur il-fqir?” Mons Arcisqof waqt li ghal ftit hin deher ilaqlaq fuq din il-mistoqsija, wiegbu billi qallu li se jirrifletti fuq il-punti li kien qieghed iqajjem. Wara dan l-intervent, kien imiss lil Ruth Farrugia, mill-Fakultà tal-Ligi. Din qajmet il-punt li t-tfal thallew barra mis-Sinodu. Hi sostniet li f’Malta hawn tfal li qeghdin ibatu fil-faqar u fl-eskluzjoni socjali. Hi qalet li tistenna li l-Knisja taghti kas aktar tat-tfal. Mons Arcisqof irreagixxa ghal dan billi qal li “jien ghad irrid nitghallem fuq ir-realtà Maltija. Tridu tqisu li ahna nintghazlu billi jibghat ghalik in-Nunzju u jghidlek li il-Papa ghazel lilek. Tghidlu tini cans 24 siegha halli nirrifletti. Jghidlek hudha b’obbidjenza. Se nkun wicci tost maghkom. Min ghandu xi ideat, fatti ta’ kif nistghu ntejbu xi affarijiet, ibghatuhomli u nikkonsidrahom. Irrid nghid ukoll li l-Knisja tahdem hafna mill-qrib mat-tfal ukoll. Biss napprezza li jkolli dawl minghandkom fuq certi affarijiet. Dr. Patrick Attard, membru ta’ l-istaff ta’ l-Università beda l-intervent tieghu billi qal li “jien omosesswali. F’Alla ma nemminx u lanqas fil-Knisja. Il-Knisja ghamlet il-hajja ta’ hafna nies infern. Keccejtu nies mid-djar taghkom. Kien hemm min ghamel suwicidju ghax kien imwegga’ bil-mod kif gie trattat. Inti ghedt li trid tibni pont. Kif tista’ tibni pont ma’ xi haga li tqisuha bhala moralment hazina?”. |
Mons Cremona wiegeb ghal dan billi qal li “d-dikjarazzjoni li qieghed taghmel hi generika. Ma nahsibx li jekk tistaqsi ‘l dawn li hawn fis-sala, kollha se jaqblu ma’ dan. Ma nahsibx lanqas li kulhadd jara l-Knisja bhala li tkecci n-nies. Jien stess gie xi hadd ghandi li pprova tliet darbiet jaghmel suwicidju. Kellu l-marki. Ghandu problema tax-xorb u hadtu ghand l-Alkoholici Anonimi. Jekk hemm xi nuqqasijiet jew saru xi nuqqasijiet, jiddispjacini u nitlob mahfra.”
F’diskors qasir li ghamel qabel l-interventi l-Arcisqof Cremona qal li “ma jistax ikun li ghax xi hadd jesprimi li jemmen fi principji Kristjani jew jaqbel ma’ dak li tghid id-dinja, kulhadd jibda jehodha kontrih, qisha grat xi haga kbira.
Irridu niggieldu kontra din il-mentalità, favur il-kuncett tat-tolleranza. Lilna bhala Knisja qeghdin jistennew li qabel nitkellmu naraw l-istampa kollha.”
Sostna li l-Knisja ghandha dritt li taghmel il-pozizzjonijiet taghha, anke jekk haddiehor ma jaqbilx maghhom. Enfasizza li l-Knisja ma tistax ma tipproponix, anke jekk l-istat ma jkunx jaqbel maghhom.
Mons Cremona qal li “kien hawn diversi kulturi u imperi u maz-zmien spiccaw biex gew ohrajn. Nemmnu li anki l-kultura li qeghdin nghixu llum, ghad jghaddi zmienha”. Hu qal li l-fatt li 54 fil-mija tal-poplu jmur il-Knisja, jaraha bhala sfida, ghax juri li hemm hafna nies ohrajn li l-Knisja ghandha missjoni biex twasslilhom messagg.
Il-mawra ta’ l-Arcisqof Cremona O.P. fl-Università bdiet billi ltaqa’ mal-kunsill tal-kappella u wara ghamel zjara lill-istess kappella. Fid-9.00 ta’ fil-ghodu ltaqa’ mar-Rettur u l-ufficjali gholja ta’ l-Università. Kellu laqgha informali kemm ma’ l-istaff fil-bini ta’ l-amministrazzjoni, ma’ l-istaff tekniku u anke mal-Fakultà tat-Teologija. Kellu laqgha ukoll mal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u wara ltaqa’ ma’ l-assocjazzjonijiet ta’ l-istudenti fl-Università.
Wara l-laqgha ma’ l-istudenti fis-Sala Sir Temi Zammit, hu ghamel funzjoni ta’ l-Erbgha ta’ l-Irmied fil-Kappella ta’ l-Università u hawwel sigra taz-zebbug hdejn il-kappella. Iz-zjara ntemmet b’ikla mal-komunità tal-Gizwiti f’Dar Patri Manwel Magri.
victorvella2002@yahoo.com

No comments:
Post a Comment